Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
In-notifika ta’ mard tal-annimali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

In-notifika ta’ mard tal-annimali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 82/894/KEE — in-notifika tal-mard tal-annimali fl-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Din tistabbilixxi lista ta’ mard tal-annimali li jittieħed (annimali tal-art u tal-akkwakultura*) li jeħtieġ li jiġi notifikat minħabba l-periklu li jinfirex b'konsegwenza tal-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE).
  • Hija tistabbilixxi l-metodu għan-notifika ta’ malajr ta’ dan il-mard sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-iżvilupp tiegħu.
  • In-notifika tippermetti l-applikazzjoni ta’ malajr ta’ diversi miżuri ta’ protezzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

PUNTI EWLENIN

  • Biex jiġi evitat li jinfirex ċertu mard tal-annimali li jittieħed, il-pajjiżi tal-UE jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar:
    • l-inċidenza* ta’ kwalunkwe marda elenkata fl-Anness I għad-direttiva;
    • it-tneħħija tar-restrizzjonijiet b’rabta mal-inċidenza ta’ kwalunkwe waħda minn dan il-mard, wara l-qerda tal-aħħar inċidenza.
  • Il-pajjiżi tal-UE iridu:
    • fi żmien 24 siegħa, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-UE l-oħrajn kemm bl-inċidenza primarja* u bit-tneħħija tar-restrizzjonijiet imposti wara l-qerda tal-aħħar inċidenza; u
    • jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe inċidenza sekondarja* kkonfermata fit-territorju tagħhom fl-ewwel jum tax-xogħol ta’kull ġimgħa . Din l-informazzjoni mbagħad tintbagħat mill-Kummissjoni lill-kwartieri ġenerali veterinarji f’kull pajjiż tal-UE.
  • Il-Kummissjoni hija megħjuna fil-ħidma tagħha mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

Revoka

Din id-direttiva se tiġi revokata u sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/429 mill-21 ta’ April 2021.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mit-23 ta’ Diċembru 1982. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 1984.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Akkwakultura: it-trobbija ta’ ħut, molluski, pjanti akkwatiċi, alka, eċċ.

Inċidenza: ir-razzett jew il-post, li jinsab fit-territorju tal-UE, fejn jinżammu flimkien annimali u fejn ikun ġie kkonfermat uffiċjalment każ wieħed jew aktar.

Inċidenza primarja: kwalunkwe inċidenza mhux relatata ma’ inċidenza preċedenti fl-istess reġjun ta’ pajjiż tal-UE, jew l-ewwel inċidenza f’reġjun differenti tal-istess pajjiż tal-UE.

Inċidenza sekondarja: inċidenza wara inċidenza primarja f’reġjun diġà infettat.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (ĠU L 378, 31.12.1982, pp. 58–62)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 82/894/KEE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur purament dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/142/KE tat-28 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi Tim Veterinarju Komunitarju ta’ Emerġenza sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-appoġġ għall-Istati Membri u pajjiżi terzi fi kwistjonijiet veterinarji marbuta ma’ ċertu mard tal-annimali (ĠU L 62, 1.3.2007, pp. 27–29)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE tal-1 ta’ Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (ĠU L 59, 5.3.2005, pp. 40–41)

l-aħħar aġġornament 06.12.2016

Top