Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Semen tal-ħnieżer: kummerċ u importazzjonijiet intra-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Semen tal-ħnieżer: kummerċ u importazzjonijiet intra-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 90/429/KEE — kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen tal-ħnieżer

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem għall-kummerċ ta' semen tal-ħnieżer bejn il-pajjiżi tal-UE u l-importazzjonijiet minn postijiet oħrajn fid-dinja.

L-għan tagħha huwa li jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-mard tal-annimali.

PUNTI EWLENIN

Is-semen irid ikun minn annimali domestiċi b'saħħithom, u għandu jinġabar u jiġi pproċessat f'ċentri approvati.

Kundizzjonijiet speċjali japplikaw għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħażna u t-trasport tas-semen.

L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli biex jiżguraw li ċ-ċentri tal-ġbir jissodisfaw l-istandards meħtieġa u jingħataw numru ta' reġistrazzjoni veterinarja.

Kull konsenja ta' semen għandu jkollha ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

Is-semen importat jista' jiġi biss minn ċentri ta' ġbir awtorizzati f'pajjiżi barra mill-UE fuq lista approvata.

Meta tikkunsidra t-tqegħid ta' pajjiż fuq il-lista approvata, l-UE tqis il-fatturi bħas-saħħa ġenerali tal-bhejjem tagħha, ir-regoli tal-prevenzjoni tal-mard tal-annimali u l-kapaċità tiegħu li jkun konformi mar-regoli tal-UE.

Is-semen importat għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimal. Kull konsenja tiġi kkontrollata meta tidħol fl-UE qabel ma tiġi ttrasportata lejn id-destinazzjoni tagħha.

Pajjiż tal-UE li jkun qed jistenna konsenja, jew direttament jew indirettament, minn barra l-Ewropa, għandu jipprojbixxi l-importazzjoni tagħha jekk is-semen jista' jgħaddi marda li tittieħed lill-annimali tal-UE.

Esperti veterinarji tal-Kummissjoni Ewropea, li jaħdmu mal-awtoritajiet lokali, jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post f'pajjiżi terzi.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Daħlet fis-seħħ fit-12 ta' Lulju 1990. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali mill-31 ta' Diċembru 1991.

SFOND

Kummerċ intra-UE tal-majjali

ATT

Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62–73)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 90/429/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE tal-1 ta' Marzu 2012 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1148) (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 29–37)

l-aħħar aġġornament 11.01.2016

Top