Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Kummerċ intra-UE fi u l-importazzjonijiet tas-semen bovin

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Kummerċ intra-UE fi u l-importazzjonijiet tas-semen bovin

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 88/407/KEE — ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ fl-UE u għal importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għas-semen bovin (prinċipalment l-ifrat, il-bisonti u l-buflu) innegozjat fi u importat fl-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

  • Is-semen bovin għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin qabel jidħol fl-UE jew jintbagħat f’pajjiż ieħor tal-UE:
    • għandu jkun inġabar, jkun ġie pproċessat, maħżun u ttrasportat, permezz ta’ faċilitajiet u prattiċi approvati għall-għan, ħieles mill-marda tal-ilsien u tad-dwiefer u mard notifikabbli ieħor;
    • għandu jkun inġabar minn annimali domestiċi b’saħħithom minn merħliet li nżammu fi kwarantina għal 28 jum, ħielsa mit-tuberkolożi, brucellożi u lewkożi, u li ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda tal-ilsien u tad-dwiefer fit-12-il xahar ta’ qabel (jew huma negattivi għall-marda);
    • konċentrati speċifiċi ta’ antibijotiċi għandhom jiġu miżjuda;
    • sakemm ma jkunx frisk, is-semen għandu jinħażen f’kundizzjonijiet approvati għal minimu ta’ 30 jum qabel jintbagħat; u
    • għandu jkun akkumpanjat matul it-trasport minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.
  • L-importazzjonijiet ta’ semen bovin fl-UE għandhom jikkonformaw ukoll mal-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq u huma permessi biss minn pajjiżi mhux tal-UE elenkati u awtorizzati, ibbażati fuq:
    • is-saħħa ġenerali tal-annimali domestiċi u selvaġġi fil-pajjiż mhux tal-UE;
    • il-kwalità tal-komunikazzjoni dwar l-eżistenza ta’ mard li jittieħed tal-annimali;
    • regoli dwar prevenzjoni u kontroll ta’ mard ta’ annimali;
    • l-istruttura tas-servizzi veterinarji;
    • miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed tal-annimali; u
    • garanziji mogħtija fir-rigward tal-konformità ma’ din id-Direttiva.
  • Esperti veterinarji mill-Kummissjoni Ewropea jistgħu, f’kooperazzjoi mal-UE u ma’ awtoritajiet nazzjonali mhux tal-UE, iwettqu verifiki biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva.
  • Fil-ġestjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ tas-semen bovin, il-Kummissjoni hija mgħejuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf .

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mid-29 ta’ Ġunju 1988. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 1990.

Revoka

Id-Direttiva 88/407/KEE ser tiġi revokata u ssostitwita bir-Regolament (UE) 2016/429 mill-21 ta’ April 2021.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozensemen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10–23)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 88/407/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1–24)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE tas-16 ta’ April 2007 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati veterinarji l-ġodda għall-introduzzjoni ta' annimali ħajjin, tas-semen, ta' l-embrijuni, ta' l-ova u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1622) (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37–50)

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (notifikata bid-dokument numru (C(2011) 6426) (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32–46)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1-208)

l-aħħar aġġornament 09.01.2017

Top