Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Kummerċ intra-UE fi u importazzjonijiet ta' embrijuni ta' bovini

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Kummerċ intra-UE fi u importazzjonijiet ta' embrijuni ta' bovini

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 89/556/KEE — kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-UE fi u l-importazzjoni minn pajjiżi mhux tal-UE terzi ta’ embrijuni bovini

X'INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Din tistabbilixxi kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għal kummerċ ta' embrijuni ta' frat domestiċi bejn pajjiżi tal-UE u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi mhux tal-UE.
  • B'dan il-mezz, għandha l-għan li tnaqqas ir-riskju ta' tixrid tal-mard tal-annimali.

PUNTI EWLENIN

  • L-embrijuni għal kummerċ intra-UE għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-konċepiment, il-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħażna u ċ-ċertifikazzjoni. Dawn iridu jkunu akkumpanjati waqt it-trasport minn ċertifikat tas-saħħa li jiċċertifika li huma konformi ma' din id-direttiva.
  • Id-direttiva tipprevedi sistema għall-approvazzjoni tat-timijiet ta' ġbir u ta' produzzjoni tal-embrijuni fil-pajjiżi tal-UE u fil-pajjiżi mhux tal-UE. Kull tim huma rreġistrat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat u jirċievi numru ta' reġistrazzjoni veterinarja.
  • Il-lista ta' timijiet ta' ġbir u ta' produzzjoni tal-embrijuni hija aġġornata regolarment minn kull pajjiż tal-UE, imbagħad din tintbagħat lill-pajjiżi l-oħrajn tal-UE u lill-pubbliku.
  • L-importazzjonijiet tal-embrijuni minn pajjiżi mhux tal-UE huma ristretti għal dawk:
    • minn pajjiżi elenkati skont proċedura prevista fl-Artikolu 18 tad-direttiva fir-rigward ta' ċerti kriterji,
      • bħas-saħħa tal-bhejjem;
      • bħall-informazzjoni dwar mard li jittieħed;
      • bħall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-mard tal-annimali;
      • bħall-istruttura ta' servizzi veterinarji;
      • bħall-garanziji pprovduti;
    • miġbura jew prodotti minn timijiet ta' ġbir u produzzjoni tal-embrijuni approvati u elenkati minn awtoritajiet kompetenti.
  • Id-direttiva tipprevedi għal miżuri ta' salvagwardja u kontroll fil-pajjiż ta' ġbir u fil-pajjiż destinarju.

Revoka

Ir-Regolament (UE) Nru 2016/429 jirrevoka u jissostitwixxi d-Direttiva 89/556/KEE b’effett mill-21 ta' April 2021.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mid-29 ta’ Settembru 1989. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha f'liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 1991.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

  • “Bovin” fuq is-sit elettroniku tas-sigurtà dwar l-ikel tal-Kummissjoni Ewropea

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1-11)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 89/556/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta' Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE (ĠU L 57, 28.2.2006, pp. 19-34)

Ara l-verżjoni konsolidata tad-Deċiżjoni 2006/168/KE.

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)

l-aħħar aġġornament 05.09.2016

Top