Help Print this page 
Title and reference
L-iżgurar ta’ kummerċ ta’ fawna u flora selvaġġi li ma jheddidx is-sopravivenza tagħhom

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-iżgurar ta’ kummerċ ta’ fawna u flora selvaġġi li ma jheddidx is-sopravivenza tagħhom

L-Unjoni Ewropea (UE) hija suq ewlieni għall-prodotti ta’ organiżmi selvaġġi legali u illegali. Hija tfittex li tipproteġi u tikkonserva l-ispeċi fl-periklu permezz tal-kontroll tal-kummerċ u l-moviment.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE) hija suq ewlieni għall-prodotti ta’ organiżmi selvaġġi legali u illegali. Hija tfittex li tipproteġi u tikkonserva l-ispeċi fl-periklu permezz tal-kontroll tal-kummerċ u l-moviment.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) trid tiġi implimentata b’mod uniformi fil-pajjiżi kollha tal-UE minħabba s-suq uniku Ewropew u n-nuqqas ta’ kontrolli sistematiċi fil-fruntieri. Is-CITES hija implimentata fl-UE permezz ta’ sett ta’ regolamenti magħrufa bħala r-Regolamenti tal-UE dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi. Il-pajjiżi tal-UE japplikaw regoli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ speċi ta’ annimali u pjanti li jinsabu il-periklu, u prodotti miksuba minnhom.

PUNTI EWLENIN

Kontrolli tal-kummerċ

L-importazzjoni ta’ eżemplari ta’ speċi fil-periklu fl-UE teħtieġ permess li jinħareġ minn awtorità tal-pajjiż tal-UE destinatarju jew notifika ta’ importazzjoni.

L-esportazzjoni mill-UE teħtieġ permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ riesportazzjoni maħruġ minn awtorità tal-pajjiż tal-UE fejn jinsabu l-eżemplari.

Il-kategoriji tal-ispeċi huma elenkati fl-Annessi A sa D tar-regolament.

In-negozju kummerċjali f’eżemplari elenkati fl-Anness A, pereżempju ċ-ċita, huwa pprjobit, filwaqt li l-moviment ta’ annimali ħajjin fi ħdan l-UE jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.

Il-moviment ta’ eżemplari ħaj ta’ speċi elenkat fl-Annessi B u C, bħall-kobra jew il-mangus huwa soġġett għar-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-akkomodazzjoni u l-kura xierqa, filwaqt li l-Anness D ikopri tranżiti oħrajn ta’ annimali ħajjin, ġlud sħaħ u prodotti tal-pjanti.

Jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet ulterjuri f’ċirkustanzi speċifiki, u l-pajjiżi tal-UE jista’ jkollhom regoli tagħhom stess li jkunu iktar stretti.

Jeżistu derogi għal eżemplari li jitwieldu u jitrabbew fil-magħluq, imnisslin b’mod artifiċjali, li jagħmlu parti minn effetti personali jew ikunu maħsuba għal istituzzjonijiet xjentifiċi.

Organizzazzjoni u komunikazzjoni

Il-pajjiżi tal-UE għandhom:

jaħtru uffiċċji doganali biex iwettqu l-kontrolli;

jaħtru l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u xjentifiċi responsabbli għall-implimentazzjoni;

iwettqu monitoraġġ tal-konformità u jippenalizzaw ksur;

iħejju rapporti u skambju ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni, u kwalunkwe ċaħda ta’ permessi.

Fi Frar 2014, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni li tniedi dibattitu dwar l-approċċ tal-UE fir-rigward tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-1 ta’ Ġunju 1997.

Għal aktar informazzjoni, ara wkoll:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 338/97

3.3.1997

-

ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1-69

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 1497/2003

30.8.2003

-

ĠU L 215, 27.8.2003, p. 3-84

Regolament (KE) Nru 1882/2003

20.11.2003

-

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1-53

Regolament (KE) Nru 834/2004

19.5.2004

-

ĠU L 127, 29.4.2004, p. 40-42

Regolament (KE) Nru 1332/2005

22.8.2005

-

ĠU L 215, 19.8.2005, p. 1-60

Regolament (KE) Nru 398/2009

10.6.2009

-

ĠU L 126, 21.5.2009, p. 5-8

L-emendi suċċesivi u l-korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 338/97 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1-69). Verżjoni konsolidata.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13-45) Verżjoni konsolidata.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/57 tal-15 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 dwar ir-regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ĠU L 10, 16.1.2012, p. 19-24).

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 9.3.2015, p. 1-3).

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/736 tas-7 ta’ Mejju 2015 li jipprojbixxi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ eżemplari ta’ ċerti speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 25-44).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-Approċċ tal-UE kontra t-traffikar ta’ Organiżmi Salvaġġi (COM(2014) 64 final tas-7.2.2014).

L-aħħar aġġornament: 19.05.2015

Top