Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Vjeġġi ta’ skart radjuattiv - superviżjoni u kontroll

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Vjeġġi ta’ skart radjuattiv - superviżjoni u kontroll

L-UE titlob l-awtorizzazzjoni minn qabel għall-vjeġġi ta’ skart radjuattiv*, bil-għa li tnaqqas ir-riskji għas-saħħa pubblika.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta' Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart radjuattiv u ta' kombustibbli nukleari eżawrit

SOMMARJU

L-UE titlob l-awtorizzazzjoni minn qabel għall-vjeġġi ta’ skart radjuattiv*, bil-għa li tnaqqas ir-riskji għas-saħħa pubblika.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

  • Tippermetti li l-fjuwil użat jintbagħat bejn il-pajjiżi tal-UE sabiex jiġi pproċessat mill-ġdid.
  • Titlob l-awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasportazzjoni ta’ skart radjuattiv u fjuwil użat* tul il-fruntieri jekk dan ikun qed jintbagħat minn, jgħaddi minn jew jintbagħat lejn pajjiż tal-UE.
  • Tistipula li l-vjeġġi ta’ sustanzi radjuattivi li jinjoraw id-Direttiva għandhom jiġu rritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Sistema mifruxa mal-UE kollha għall-vjeġġi

Teżisti sistema obbligatorja mifruxa mal-UE kollha, li tagħmel użu minn dokument ta’ kontroll standard.

Meta l-vjeġġi ta’ skart radjuattiv jaslu, jitilqu minn jew jgħaddu minn pajjiżi tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jiġu nnotifikati.

Sabiex jibgħat vjeġġ, id-detentur* għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż tal-oriġini.

Sabiex jirċievi vjeġġ, l-importatur għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

Il-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk applikabbli, il-pajjiż tat-tranżitu, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet fil-pajjiż tal-oriġini bl-approvazzjoni tagħhom qabel tkun tista’ titlaq konsenja bil-baħar.

X’tipi ta’ vjeġġi mhumiex koperti mid-Direttiva?

  • Sorsi mhux użati* li jiġu rritornati lil fornitur.
  • Skart radjuattiv ipproċessat mill-ġdid maħsub għal użu differenti.
  • Skart radjuattiv li jitfaċċa b’mod naturali u li mhuwiex ir-riżultat ta’ pproċessar.

Id-Direttiva tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ skart radjuattiv lejn:

  • Pajjiżi Afrikani, tal-Karibew jew tal-Paċifiku, kif stipulat fil-Ftehim ta’ Cotonou,
  • Kwalunkwe pajjiż terz ieħor li ma jistax jiġġestixxi l-iskart radjuattiv.

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mill-25 ta' Diċembru 2008.

Għad-dettalji, ara It-trasport ta’ materjali radjuattivi.

TERMINI EWLENIN

* Skart radjuattiv - materjal radjuattiv li ma għandu ebda użu ulterjuri.

* Fjuwil użat - fjuwil nukleari li kien irradjat fil-qalba ta’ reattur u tneħħa b’mod permanenti. Dan jista’ jkun riżorsa li tista’ tiġi pproċessata jew użata mill-ġdid, jew li tkun destinata għar-rimi finali.

* Detentur - kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni inkarigati mill-ippjanar tal-vjeġġ ta’ skart radjuattiv jew fjuwil użat u legalment responsabbli minnu qabel il-vjeġġ.

* Sorsi mhux użati - sorsi li ma għadhomx jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw għall-prattika li għaliha ngħatat l-awtorizzazzjoni.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2006/117/Euratom

25.12.2006

24.12.2008

ĠU L 337 tal-5.12.2006, p. 21-32

ATTI RELATATI

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/956/Euratom tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-kriterji għall-esportazzjoni ta' skart radjoattiv u fjuwil użat lejn pajjiżi terzi (ĠU L 338, 17.12.2008, p. 69-71)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/312/Euratom tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi d-dokument standard għas-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 32-59)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/117 EURATOM dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ fjuwil użat (COM(2013) 240 final tal-25 ta' April 2013)

l-aħħar aġġornament 27.08.2015

Top