Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X'INHU L-GĦAN TA' DAN L-ARTIKOLU TAT-TRATTAT?

  • L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (UE) jelenka l-istituzzjonijiet tal-UE u jiddikjara li dawn iridu jipprattikaw “kooperazzjoni leali reċiproka”.

PUNTI EWLENIN

  • L-istituzzjonijiet diversi tal-UE għandu jkollhom l-għan li:
    • jippromwovu l-valuri tal-UE (ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt, u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi);
    • javvanzaw l-objettivi tal-UE (dawk ewlenin huma l-promozzjoni tal-paċi, il-valuri tal-UE u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha);
    • iservu l-interessi tal-UE, il-pubbliku ġenerali u l-pajjiżi tal-UE;
    • jiżguraw il-konsistenza, l-effettività u l-kontinwità tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE.
  • Dawn l-istituzzjonijiet huma:
  • Kull istituzzjoni topera fi ħdan il-poteri tat-trattat, il-proċeduri u l-objettivi tagħha stess u għandha tikkoopera mal-oħrajn.
  • Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkooperaw mill-qrib bejniethom u, skont l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jistgħu jikkonkludu ftehimiet interistituzzjonali. Eżempji ta’ tali organizzazzjonijiet jinkludu:
  • Kif l-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu flimkien jista' jiġi stabbilit ukoll minn artikoli oħra tat-Trattat bħal dan li ġej:
    • L-Artikolu 284 tat-TFUE, li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-Kunsill u l-BĊE. Skont dan l-artikolu, il-President tal-BĊE għandu jiġi mistieden biex jipparteċipa f'laqgħat tal-Kunsill meta l-objettivi u l-kompiti tal-bank ikunu fuq l-aġenda. Ir-rapport annwali tal-BĊE għandu jintbagħat lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Kunsill Ewropew.
    • L-Artikolu 134 tat-TFUE, li skontu l-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni u l-BĊE jaħdmu flimkien fil-kuntest tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.
  • Madankollu, kif jaħdmu l-istituzzjonijiet u kif jinteraġixxu huwa stabbilit ukoll permezz ta':
    • prattiki li evolvew matul is-snin;
    • ir-regoli rispettivi tal-proċedura tal-istituzzjonijiet; u
    • fuq bażi ta' każ b'każ, bħal fil-każ ta' ftehim bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew dwar ir-responsabbiltà u t-trasparenza fir-rigward tas-superviżjoni bankarja Ewropea. Il-konklużjoni ta' dan il-ftehim inkiteb b'mod speċifiku fl-Artikolu 20(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 dwar il-kompiti tal-BĊE relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu.

DOKUMENTI EWLENIN

L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 22)

DOKUMENTI RELATATI

L-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 175)

L-Artikolu 134 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 105–106)

l-aħħar aġġornament 08.08.2016

Top