EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Huwa jistabbilixxi l-istatut tal-aġenziji eżekuttivi li ġew inkarigati bil-ġestjoni tal-programmi tal-Unjoni Ewropea (UE). B’mod partikolari, jirregola ċerti aspetti essenzjali li jikkonċernaw:
Il-Kummissjoni Ewropea ddelegat ir-responsabbiltà għal perjodu ta’ żmien limitat għall-implimentazzjoni ta’ xi programmi tal-UE lil korpi terzi magħrufin bħala “aġenziji eżekuttivi”, li huma entitajiet legali. Hemm sitt aġenziji eżekuttivi:
Dawn l-aġenziji jamministraw xi wħud mill-funzjonijiet mhux diskrezzjonali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà amministrattiva diretta tal-Kummissjoni, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq il-“kompiti ewlenin” tagħha.
Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tistabbillixxix aġenzija eżekuttiva, testendix il-perjodu tat-tħaddim tagħha jew tagħlaqhiex fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.
Kompiti
L-aġenziji eżekuttivi jistgħu jkunu responsabbli:
Il-Kummissjoni ma tistax tafda aġenzija eżekuttiva b’kompiti li jeħtieġu setgħat diskrezzjonali billi tittraduċi l-għażliet politiċi f’azzjoni.
Struttura
L-aġenziji eżekuttivi huma mmexxija minn kumitat tat-tmexxija u direttur.
Superviżjoni
L-aġenziji eżekuttivi huma ssorveljati:
Kull 3 snin, jitfassal rapport ta’ valutazzjoni estern mill-Kummissjoni u jiġi sottomess lil kull kumitat tat-tmexxija tal-aġenzija eżekuttiva, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri.
Dan ilu japplika mis-26 ta’ Jannar 2003.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 u li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU J L 11, 16.1.2003, pp. 1–8).
l-aħħar aġġornament 07.02.2024