Help Print this page 
Title and reference
Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

It-traffikar tal-bnedmin huwa meqjus bħala wieħed mill-agħar tipi ta’ kriminalità madwar id-dinja. Huwa ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Din id-direttiva tistabbilixxi regoli madwar l-Unjoni Ewropea (UE) biex jindirizzaw dan il-fenomenu orribbli.

ATT

Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI.

SOMMARJU

It-traffikar tal-bnedmin huwa meqjus bħala wieħed mill-agħar tipi ta’ kriminalità madwar id-dinja. Huwa ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Din id-direttiva tistabbilixxi regoli madwar l-Unjoni Ewropea (UE) biex jindirizzaw dan il-fenomenu orribbli.

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Din tistipula regoli minimi komuni għad-determinazzjoni ta’ offiżi ta’ traffikar tal-bnedmin u l-pieni tagħhom. Din tipprovdi wkoll miżuri biex ikun hemm prevenzjoni aħjar ta’ dan il-fenomenu u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi.

PUNTI EWLENIN

Definizzjonijiet

L-atti intenzjonali li ġejjin huma soġġett għal pieni: ir-reklutaġġ, it-trasport, it-trasferiment, iż-żamma jew l-ilqugħ ta’ persuni b’forza għall-iskop ta’ sfruttament.

L-isfruttament jinkludi bħala minimu: i) l-isfruttament sesswali jew prostituzzjoni; ii) xogħol jew servizzi kontra r-rieda tal-persuna (inkluż li tittallab, skjavitù, sfruttament ta’ attivitajiet kriminali, jew it-tneħħija ta’ organi).

Sanzjonijiet: id-direttiva tistipula piena massima għal dawn l-offiżi ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija u ta’ mill-inqas 10 snin f’każijiet ta’ ċirkostanzi aggravanti, pereżempju jekk l-offiża tkun twettqet kontra vittmi partikolarment vulnerabbli (bħat-tfal) jew jekk tkun twettqet minn organizzazzjoni kriminali.

Prosekuzzjonijiet: Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jixlu liċ-ċittadini tagħhom għal offiżi mwettqa f’pajjiż ieħor tal-UE u jistgħu jagħmlu użu minn għodda investigattiva bħal itteppjar tal-linji (ta’, pereżempju, konverżazzjonijiet bit-telefown jew ta’ emails).

Appoġġ għall-vittmi: il-vittmi jirċievu għajnuna qabel, matul u wara l-proċeduri kriminali biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet konferiti lilhom taħt l-istatus ta’ vittmi waqt proċeduri kriminali. Din l-għajnuna tista’ tikkonsisti fl-akkoljenza f’xelters, jew il-provvediment ta’ għajnuna medika u psikoloġika u servizzi ta’ informazzjoni u interpretazzjoni.

Tfal u adoloxxenti (taħt it-18-il sena) igawdu minn miżuri addizzjonali bħal appoġġ fiżiku u psikosoċjali, aċċess għall-edukazzjoni u, fejn applikabbli, il-possibbiltà li jappuntaw gwardjan jew rappreżentant. Huma għandhom jiġu intervistati immedjatament f’post xieraq u minn professjonisti bil-kapaċitajiet meħtieġa.

Il-vittmi għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-pulizija u għal assistenza legali li tippermettilhom jitolbu kumpens.

Prevenzjoni: Pajjiżi tal-UE għandhom jieħdu passi biex:

jiskoraġġixxu t-talba li tinkoraġġixxi t-traffikar,

iniedu kampanji ta’ għarfien u taħriġ għal uffiċjali li jippermettulhom jidentifikaw u jittrattaw mal-vittmi u ma’ vittmi potenzjali tat-traffikar.

Inħatar Koordinatur tal-UE għal Kontra t-Traffikar biex ikun żgurat approċċ konsistenti u koordinat fl-indirizzar ta’ dan il-fenomenu.

Biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkontrollaw l-abbuż tad-dritt tal-moviment ħieles, il-Kummissjoni ippubblikat gwida dwar iż-żwiġijiet ta’ konvenjenza bejn ċittadini tal-UE u ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Xi żwiġijiet sfurzati jistgħu jinvolvu aspetti tat-traffikar tal-bnedmin.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Id-direttiva daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ April 2011 u kellha tiġi trasposta fil-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE sas-6 ta’ April 2013.

SFOND

It-traffikar tal-bnedmin huwa espressament ipprojbit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 5) u l-UE stabbilixxiet qafas legali u politiku komprensiv biex tindirizza dan il-fenomenu, b’mod partikolari permezz ta’ din id-Direttiva (2011/36/UE) u l-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016.

Għal aktar informazzjoni ara l-websajts dwar il-politika u l-legiżlazzjoni ta’ “Together Against Trafficking” il-pubblikazzjoni tal-Eurostat għall-2015 dwar is-suġġett u l-pubblikazzjoni tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għall-2014.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 2011/36/UE

15.4.2011

6.4.2013

ĠU L 101 tal-15.4.2011, p. 1

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016 (COM(2012) 286 final tad-19 ta’ Ġunju 2012).

Pjan tal-UE dwar l-aqwa prattiċi, standards u proċeduri għall-ġlieda u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin (ĠU C 311 tad-9 ta’ Diċembru 2005, p. 1-12).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Għajnuna lill-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-abbuż mill-moviment liberu: Manwal dwar l-indirizzar tal-kwistjoni ta’ allegati żwiġijiet ta’ konvenjenza bejn ċittadini tal-UE u ċittadini mhux tal-UE fil-kuntest tal-liġi tal-UE tal-moviment liberu ta’ ċittadini tal-UE (COM(2014) 604 final tas-26 ta’ Settembru 2014).

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Mid-term report on the implementation of the EU strategy towards the eradication of trafficking in human beings (Rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE lejn il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin) (SWD(2014) 318 final tas-17 ta’ Ottubru 2104).

L-aħħar aġġornament: 03.03.2015

Top