EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali — Deċiżjoni Prüm

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 2008/615/ĠAI — kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija timmira li ttejjeb il-kooperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali b’mod aktar effettiv. Hi tiffoka b’mod partikolari fuq skambji awtomatizzati ta’ informazzjoni, imma wkoll fuq avvenimenti maġġuri u fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Id-deċiżjoni toriġina minn trattat multilaterali ffirmat fl-2005 mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Spanja, minn Franza, mil-Lussemburgu, min-Netherlands u mill-Awstrija. Hija ġiet ittrasformata fi strument legali li jorbot lill-Istati Membri kollha tal-UE. Sussegwentement il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d-“deċiżjoni Prüm” u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjoni tistabbilixxi regoli fir-rigward ta’:

  • l-aċċess awtomatizzat għall-profili tad-DNA, id-data dattiloskopika* u ċerta data tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi nazzjonali;
  • Il-provvista ta’ data relatata ma’ avvenimenti maġġuri;
  • Il-provvista ta’ informazzjoni sabiex timpedixxi reati terroristiċi;
  • miżuri oħra għat-titjib tal-kooperazzjoni tal-pulizija transfruntiera.

Stabbiliment ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali u aċċess awtomatizzat għad-data

  • L-Istati Membri jridu jistabbilixxu files tal-analiżi nazzjonali tad-DNA biex jiġu investigati reati kriminali.
  • Data ta’ referenza, li tikkonsisti minn parti mhux kodifikanti tad-DNA* u numru ta’ referenza li ma jippermettix lil individwu li jkun identifikat, irid isir disponibbli għal Stati Membri oħra biex jagħmlu tiftix awtomatizzat*.
  • Tiftix isir permezz ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali billi tqabbel profili tad-DNA*, imma biss għal każijiet individwali u fuq proċedurahit/no-hit* bażi.
  • L-Istati Membri jridu wkoll jagħmlu disponibbli data ta’ referenza mis-sistemi nazzjonali awtomatizzati tal-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’
  • It-tiftix isir bit-tqabbil ta’ data dattiloskopika u similarment għal tiftix ta’ DNA, biss għal każijiet individwali u fuq bażi hit/no-hit.
  • Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jridu jingħataw ukoll aċċess għal ċerta data ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi nazzjonali permezz ta’ tfittxijiet online awtomatizzati.

Provvista ta’ data fir-rigward ta’ avvenimenti ewlenin

  • Fil-każ ta’ avvenimenti maġġuri li jinvolvu altar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri ikkonċernati jridu jipprovdu lil xulxin data mhux personali*, kif meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni ta’ reati kriminali u ż-żamma tal-ordni u s-sigurtà pubblika.
  • Data personali ltista’ tkun fornuta biss jekk is-suġġetti ta’ data huma meqjusa bħala theddida lil ordni pubblika u lis-sigurtà pubblika jew jekk jaħsbu li ser iwettqu reati kriminali f’avvenimenti. Id-data tista’ tintuża biss f’relazzjoni mal-avveniment li kienet ipprovduta għalih u trid tkun imħassra hekk kif tkun serviet l-iskop tagħha, imma mhux aktar tard minn sena wara li tkun ipprovduta.

Provvista ta’ informazzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu

F’każijiet individwali u b’ċerti restrizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu d-data li ġejja lil xulxin biex jimpedixxu attakki terroristiċi.

  • kunjom u isem;
  • data u post ta’ twelid;
  • deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet li wasslu għas-suppożizzjoni li ser jitwettqu reati kriminali.

Miżuri oħra għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija transfruntiera

  • L-Istati Membri jistgħu jwettqu rondi konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra biex jimpedixxu reati kriminali u biex iżommu l-ordni pubblika u s-sigurtà pubblika fuq it-territorju ta’ Stat Membru speċifikat.
  • L-Istati Membri jridu jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin f’każijiet ta’ ġemgħat tal-massa u avvenimenti komparabbli oħra maġġuri, diżastri u aċċidenti serji.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha fis-seħħ mis-26 ta’ Awwissu 2008.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Data dattiloskopika. Marki tas-swaba’, immaġni ta’ marki tas-swaba’ latenti (stampi li wieħed ma jistax jarahom b’għajnejh biss u li jridu jiġu analizzati b’mod professjonali), marki tal-pala tal-id, marki latenti tal-pala tal-id u mudelli ta’ tali immaġni li huma maħżuna u ttrattati f’bażi ta’ data awtomatizzata.
Parti mhux kodifikanti tad-DNA. Reġjuni kromożoniċi li mhumiex ġenetikament espressi, jiġifieri mhux magħrufa li jipprovdu għal xi proprjetajiet funzjonali ta’ organiżmu.
Tiftix awtomatizzat. Proċedura b’aċċess online biex tikkonsulta bażi ta’ data ta’ Stat Membru wieħed, tnejn jew tal-Istati Membri kollha.
Profil tad-DNA. Kodiċi b’ittra jew numru li jirrappreżenta sett ta’ karatteristċi ta’ identifikazzjoni tal-parti mhux kodifikaanti ta’ kampjun ta’ DNA umana analiżizzat.
Proċedura hit/no-hit. Il-partijiet jagħtu lil xulxin aċċess limitat għad-data ta’ referenza fil-bażi ta’ data nazzjonali tad-DNA u tal-marki tas-swaba’ Huma jagħtu wkoll id-dritt għall-użu ta’ din id-data biex jitwettqu kontrolli awtomatizzati tal-marki tas-swaba’ u l-profili tad-DNA. L-informazzjoni personali relatata mad-data ta’ referenza mhix disponibbli għall-parti rikjedenti.
Data mhux personali. Data li għandha profili individwali tad-DNA li tista’ tintuża biex tistabbilixxi konkordanza jew hit imma li ma tikxifx l-identità tas-suġġetti tad-data.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib ta’ kooperazzjoni transfruntiera speċjalment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, pp. 1–11).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2536 tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib ta’ kooperazzjoni transfruntiera, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib ta’ kooperazzjoni transfruntiera partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta’ fornituri tas-servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet fil-laboratorju (ĠU L 328, 22.12.2022, pp. 94–95).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2537 tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib ta’ kooperazzjoni transfruntiera, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni ta’ Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib ta’ kooperazzjoni transfruntiera, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta’ fornituri tas-servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju (ĠU L 328, 22.12.2022, pp. 96–97).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1014 tas-17 ta’ Ġunju 2022 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fir-rigward tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tad-determinazzjoni taħt Artikolu 540(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fuq in-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq min-naħa l-oħra, tad-data li minnha data personali rigward profili tad-DNA u data dattiloskopika kif referuta f’Artikoli 530, 531, 534 u 536 ta’ dak il-Ftehim tista’ tkun fornuta minn Stati Membri lir-Renju Unit (ĠU L 170, 28.6.2022, pp. 68–71).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/569 tal-4 ta’ April 2022 dwar it-tnedija ta’ skambju ta’ data awtomatizzata fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fl-Italja (ĠU L 109, 8.4.2022, pp. 58–59).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/570 tal-4 ta’ April 2022 dwar it-tnedija ta’ skambju ta’ data awtomatizzat fir-rigward ta’ data dattiloskopika fl-Italja (ĠU L 109, 8.4.2022, pp. 60–61).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/571 tal-4 ta’ April 2022 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Italja (ĠU L 109, 8.4.2022, pp. 62–63).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/572 tal-4 ta’ April 2022 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Italja (ĠU L 109, 8.4.2022, pp. 64–65).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1188 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fir-Renju Unit (ĠU L 265, 12.8.2020, pp. 1–2).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1188 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/968 tas-6 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data tad-DNA fir-Renju Unit (ĠU L 156, 13.6.2019, pp. 8–9).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1697 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Irlanda (ĠU L 259, 10.10.2019, pp. 63–64).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/397 tat-8 ta’ Marzu 2018 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Portugall (ĠU L 71, 14.3.2018, pp. 38–39).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1035 tas-16 ta’ Lulju 2018 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fil-Kroazja (ĠU L 185, 23.7.2018, pp. 27–28).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1801 tad-19 ta’ Novembru 2018 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fl-Irlanda (ĠU L 296, 22.11.2018, pp. 31–32).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1802 tad-19 ta’ Novembru 2018 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Kroazja (ĠU L 296, 22.11.2018, pp. 33–34).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1839 tad-19 ta’ Novembru 2018 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fl-Irlanda (ĠU L 298, 23.11.2018, pp. 15–16).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/617 tas-27 ta’ Marzu 2017 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fil-Greċja (ĠU L 89, 1.4.2017, pp. 4–5).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/618 tas-27 ta’ Marzu 2017 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fid-Danimarka(ĠU L 89, 1.4.2017, pp. 6–7).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/943 tat-18 ta’ Mejju 2017 dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi f’Malta, Ċipru u Estonja u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2014/731/UE, 2014/743/UE u 2014/744/UE (ĠU L 142, 2.6.2017, pp. 84–86).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/944 tat-18 ta’ Mejju 2017 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Latvja u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/911/UE (ĠU L 142, 2.6.2017, pp. 87–88).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/945 tat-18 ta’ Mejju 2017 dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE (ĠU L 142, 2.6.2017, pp. 89–92).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/946 tat-18 ta’ Mejju 2017 dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, Estonja, Malta, ir-Romanija u l-Finlandja u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE (ĠU L 142, 2.6.2017, pp. 93–96).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/947 tat-18 ta’ Mejju 2017 dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Finlandja, is-Slovenja, ir-Rumanija, il-Polonja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Bulgarija, is-Slovenja u l-Ungerija u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/559/UE, 2011/387/UE, 2011/547/UE, 2012/236/UE, 2012/664/UE, 2012/713/UE, 2013/230/UE, 2013/692/UE, u 2014/264/UE (ĠU L 142, 2.6.2017, pp. 97–99).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1020 tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Kroazja (ĠU L 155, 17.6.2017, pp. 21–22).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1866 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka (ĠU L 266, 17.10.2017, pp. 6–7).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1867 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Portugall (ĠU L 266, 17.10.2017, pp. 8–9).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1868 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Greċja (ĠU L 266, 17.10.2017, pp. 10–11).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/254 tat-12 ta’ Frar 2016 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD) fil-Latvja (ĠU L 47, 24.2.2016, pp. 8–9).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2047 tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fid-Danimarka (ĠU L 318, 24.11.2016, pp. 8–9).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2048 tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fid-Danimarka (ĠU L 318, 24.11.2016, pp. 10–11).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2009 tal-10 ta’ Novembru 2015 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Polonja (ĠU L 294, 11.11.2015, pp. 70–71).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2049 tal-10 ta’ Novembru 2015 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fl-Iżvezja (ĠU L 300, 17.11.2015, pp. 15–16).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2050 tal-10 ta’ Novembru 2015 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika flil-Belġju (ĠU L 300, 17.11.2015, pp. 17–18).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2010/482/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib ta’ kooperazzjoni transfruntiera partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni ta’ Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-tijib ta’ kooperazzjoni transfruntiera, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kooperazzjoni transfruntiera u l-Anness tagħha, (ĠU 238, 9.9.2010, pp. 1–2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni ta’ Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib ta’ kooperazzjoni transfruntiera speċjalment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, pp. 12–72).

l-aħħar aġġornament 20.01.2023

Top