Help Print this page 
Title and reference
Il-Fond Soċjali Ewropew (2007–2013)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-Fond Soċjali Ewropew (2007–2013)

Sabiex jiġu definiti l-missjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2007–2013, ir-regolament attwali jipprevedi dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ tipi ta’ attività li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE. L-FSE jsostni l-prijoritajiet tal-Komunità f’dak li jikkonċerna l-ħtieġa li tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, iż-żieda tal-produttività u l-kompetittività u sabiex jiġu mħeġġa t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli. F’dan il-kuntest, l-FSE għandu l-għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jtejjeb l-impjiegi u l-opportunitajiet ta’ xogħol.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (ara l-att(i) emendatorju(i)).

SOMMARJU

Għall-perjodu 2007–2013, id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni jistabbilixxu li l-FSE jappoġġja azzjonijiet fil-qafas tal-objettiv “Konverġenza” (għar-reġjuni l-inqas żviluppati) u l-objettiv “Kompetittività reġjonali u l-impjiegi” (li jipprova jantiċipa u jippromwovi l-bidliet ekonomiċi sabiex jilqa’ kontra l-isfidi).

Missjoni

L-FSE jappoġġja l-politiki tal-Istati Membri sabiex jerġa’ jiffoka l-istrateġija ta’ Lisbona fuq it-tkabbir u l-impjiegi. Dawn il-politiki huwa marbutin mill-qrib mal-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika (BEPG — Broad Economic Poligy Guidelines), mal-Istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi (EES — European Employment Strategy), kif ukoll mal-linji gwida dwar l-impjiegi. B’mod aktar speċifiku, l-FSE għandu l-għan li:

  • jinkiseb il-livell massimu ta’ impjiegi;
  • tiżdied il-kwalità u l-produttività tax-xogħol;
  • tiġi promossa l-inklużjoni soċjali (l-aktar l-aċċess ta’ persuni żvantaġġati għall-impjiegi);
  • jonqsu d-disparitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fir-rigward tal-impjiegi.

Kamp ta’ applikazzjoni u prijoritajiet

Fil-qafas tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività reġjonali u l-impjiegi”, l-FSE jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri taħt il-prijoritajiet li ġejjin :

  • żieda fil-kapaċità ta’ adattament tal-ħaddiema, l-impriżi u l-mexxejja tal-impriżi, sabiex jitjiebu l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni pożittiva tal-bidliet ekonomiċi;
  • jitjieb l-aċċess għall-impjiegi u għall-inklużjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol ta’ dawk li jfittxu impjieg u tal-persuni inattivi;
  • prevenzjoni tal-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad għal perjodu fit-tul u l-qgħad fost iż-żgħażagħ;
  • jitħeġġu t-tixjiħ attiv u l-ħajja attiva itwal;
  • tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol;
  • tisħiħ tal-inklużjoni soċjali tal-persuni żvantaġġati bil-għan li jiġu integrati b’mod sostenibbli fl-impjieg;
  • ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol;
  • tisħiħ u żieda tal-kapital uman;
  • promozzjoni tas-sħubijiet.

Prijoritajiet

Barra minn hekk, fil-qafas tal-objettiv “Konverġenza”, l-FSE jappoġġja l-prijoritajiet li ġejjin:

  • investiment akbar fil-kapital uman, b’riformi fis-sistema edukattiva u ta’ taħriġ, parteċipazzjoni akbar fl-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja u fl-iżvilupp tal-potenzjal tal-bniedem fil-kamp tar-riċerka u l-innovazzjoni;
  • tisħiħ tal-kapaċità u l-effiċjenza istituzzjonali sabiex issir kontribuzzjoni għall-governanza tajba.

Konċentrazzjoni tal-għajnuna

L-Istati Membri jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġjati mill-FSE jkunu konformi mal-azzjonijiet imwettqa taħt l-istrateġija Ewroea għall-impjiegi u jikkontribwixxu għal dan. L-Istati Membri jikkonċentraw l-għajnuna fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pertinenti fir-rigward tal-impjiegi.

Eliġibilità tal-ispejjeż

Ir-regoli li jikkonċernaw l-eliġibilità tal-ispejjeż huma deċiżi fil-livell nazzjonali. Madanakollu, għall-FSE, l-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

  • il-VAT rekuperabbli;
  • l-imgħax dovut;
  • ix-xiri ta’ tagħmir, apparat, vetturi, infrastrutturi, bini u art.

Governanza tajba u sħubija

L-FSE jħeġġeġ il-governanza tajba u s-sħubija. L-appoġġ li jagħti f’dan li-qasam huwa mfassal u implimentat fil-livell territorjali xieraq, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali b’mod konformi mal-arranġamenti istituzzjonali adatti għal kull Stat Membru. L-Istati Membri jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u tal-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni adegwati tal-partijiet interessati oħrajn, fil-livell nazzjonali xieraq, matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni u s-segwitu ta-appoġġ tal-FSE.

Kuntest

Id-dispożizzjonijiet l-oħra relatati mal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2007–2013 jinstabu f’erba’ regolamenti dwar:

Fil-livell politiku, il-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 għandha l-bażi finanzjarja tagħha fil-ftehim interistituzzjonali u l-qafas finanzjarju 2007–2013.

Referenzi

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 1081/2006

1.8.2006

ĠU L 210, 31.7.2006

Att emendatarju

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 396/2009

22.5.2009

ĠU L 126, 21.5.2009

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/593/KE tal-4 ta' Awwissu 2006 li tiffissa allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għall-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu 2007-2013 (ĠU L 243, 6.9.2006).Emendata mid-:Deċiżjoni 2010/476/UE (ĠU L 232, 2.9.2010).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (ĠU L 291, 21.10.2006). L-abbozz ta' linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni, it-tkabbir u l-impjieg ġie adottat mill-Kunsill fis-6 ta’ Ottubru 2006. Dawn il-linji gwida strateġiċi jikkostitwixxu l-qafas indikattiv għall-istabbiliment tal-politika ta’ koeżjoni u l-intervent tal-Fondi matul il-perjodu 2007–2013.

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2005 — Politika ta’ Koeżjoni bħala Sostenn għat-Tkabbir u għall-Impjiegi - Il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi tal-Komunità, 2007-2013 (COM(2005) 299 – Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

L-aħħar aġġornament: 17.09.2010

Top