Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-politika ta’ koeżjoni — djalogu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-politika ta’ koeżjoni — djalogu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2003) 811 final) — djalogu ma’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali dwar il-formulazzjoni tal-politika tal-UE

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Din għandha l-għan li tifformalizza djalogu sistematiku* bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija ta’ politiki tal-UE ġodda.
  • Id-djalogu jsostni l-importanza u l-istatus tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Din il-komunikazzjoni:

Żviluppi sussegwenti

  • fl-2012, il-KtR u l-Kummissjoni Ewropea ffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni mġedded (protokoll) li ppromwova djalogu territorjali permezz tal-Kumitat tar-Reġjuni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala mod biex dawn ikunu involuti b’mod ulterjuri fil-proċess ta’ tfassil tal-politika tal-UE.
  • Il-protokoll jirrikonoxxi l-benefiċċju tal-pjattaformi u n-netwerks tal-KtR bħala punt ta’ aċċess għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huma jippermettu lill-Kummissjoni sabiex, fejn meħtieġ, twessa’ l-analiżi tagħha tal-aspetti lokali u reġjonali fil-valutazzjonijiet tal-impatt.
  • Fl-2015, il-Kummissjoni ppubblikat l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tagħha * Din issostni l-approċċ tagħha għal konsultazzjoni miftuħa, trasparenti u aħjar ta’ leġiżlazzjoni ġdida u eżistenti permezz ta’ gruppi ta’ esperti, il-pjattaforma REFIT* u l-bord ta’ skrutinju regolatorju li jissorvelja l-valutazzjonijiet tal-impatt. Il-KtR issa huwa rrappreżentat fil-pjattaforma REFIT.

SFOND

* TERMINI EWLENIN

Djalogu sistematiku: proċess biex jiġi żgurat li l-involviment tal-awtorità lokali u reġjonali jista’ jiġi assigurat fil-proċess kollu tal-iżvilupp tal-politika.

Regolamentazzjoni aħjar: l-iżgurar li l-miżuri huma bbażati fuq l-evidenza, iddisinjati tajjeb u jwasslu benefiċċji tanġibbli u sostenibbli għaċ-ċittadini, in-negozju u s-soċjetà.

Pjattaforma REFIT: inizjattiva tal-Kummissjoni biex il-liġi tal-UE ssir aktar sempliċi u jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji, li jirriżulta f’sett ta’ regoli ċar, stabbli u prevedibbli li jappoġġaw it-tkabbir u l-impjiegi.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni— Djalogu mal-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali dwar il-formulazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea (COM(2003) 811 final, 19.12.2003)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, pp. 1-7)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar — Aġenda tal-UE COM(2015) 215 final, tas-19.5.2015)

l-aħħar aġġornament 25.10.2016

Top