Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għal skopijiet statistiċi (NUTS)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għal skopijiet statistiċi (NUTS)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)

X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi r-regoli tan-Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS), sistema prinċipalment użata biex tevalwa l-livelli tal-eliġibilità għall-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jingħata status legali lill-NUTS.
  • Fih ukoll regoli għal emendi futuri għall-klassifikazzjoni. Dan sabiex jiġi żgurat li d-data tkun tirreferi għall-istess unità reġjonali għal ċertu perjodu ta’ żmien. Dan huwa importanti, b’mod speċjali għal sensiela ta’ żmien tal-istatistika.

PUNTI EWLENIN

Il-ġerarkija ta’ NUTS

Għal kull pajjiż tal-UE, hemm ġerarkija ta’ 3 livelli ta’ subdiviżjonijiet reġjonali li huma bbażati fuq limiti tal-popolazzjoni minimi u massimi.

  • NUTS 1: reġjuni soċjo-ekonomiċi maġġuri, eż. Länder Ġermaniżi, reġjuni Belġjani, reġjuni Pollakki, makroreġjuni Rumeni;
  • NUTS 2: reġjuni bażiċi għall-applikazzjoni ta’ politiki reġjonali, eż. provinċji Belġjani, reġjuni Daniżi, reġjuni Ċeki (oblasti);
  • NUTS 3: reġjuni żgħar għal dijanjożi speċifiki, eż. provinċji Bulgari (oblasti), provinċji Taljani.

It-tielet livell huwa subdiviżjoni tat-tieni livell, it-tieni livell tal-ewwel livell u l-ewwel livell tal-pajjiżi. NUTS ma tkoprix il-livell lokali (muniċipalità). Meta l-popolazzjoni ta’ pajjiż tal-UE in ġenerali tkun taħt il-limitu minimu għal livell NUTS partikolari, il-pajjiż innifsu jikkostitwixxi unità territorjali NUTS ta’ dak il-livell.

Kriterji tal-klassifikazzjoni

L-unitajiet amministrattivi eżistenti fil-pajjiżi tal-UE jeħtieġu li jiġu kkunsidrati fin-NUTS. Il-livell ta’ NUTS li għalih jikkorrispondi livell amministrattiv eżistenti huwa stabbilit fuq il-bażi tad-daqs tal-popolazzjoni medja tal-unitajiet amministrattivi tagħha kif ġej:

Livell

Popolazzjoni minima

Popolazzjoni massima

NUTS 1

3 miljuni

7 miljuni

NUTS 2

800 000

3 miljuni

NUTS 3

150 000

800 000

Jekk, għal livell partikolari fil-klassifikazzjoni, ma hemm ebda livell amministrattiv eżistenti ta’ daqs adegwat f'pajjiż tal-UE, dak il-livell għandu jiġi stabbilit billi jiġi aggregat għadd adegwat ta’ unitajiet amministrattivi li jmissu ma’ xulxin żgħar. L-unitajiet aggregati li jirriżultaw jiffurmaw “livell mhux amministrattiv” li kull unità mhux amministrattiva għandha tirrispetta l-livelli ogħla minnu.

Il-klassifikazzjoni NUTS attwali, valida mill-1 ta’ Jannar 2015, telenka 98 reġjun fil-livell NUTS 1, 276 reġjun fil-livell NUTS 2 u 1342 reġjun fil-livell NUTS 3. Ir-Regolament (UE) Nru 1319/2013 jipprovdi analiżi effettiva mill-1 ta' Jannar 2015 tal-livelli 1, 2 u 3 ta’ NUTS.

META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-11 ta' Lulju 2003.

SFOND

  • Sa miss-sebgħinijiet, prinċipalment biex tevalwa l-livelli tal-eliġibilità għall-Fondi Strutturali tal-UE fuq il-bażi ta' għanijiet, kriterji kwantitattivi, l-UE żviluppat sistema msejħa NUTS (Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika) li taqsam it-territorju ġeografiku għall-komputazzjoni ta' statistika reġjonali.
  • Il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom is-sistemi ta' gvern u strutturi amministrattivi tagħhom, xi wħud aktar ċentralizzati minn oħrajn. Dawn ivarjaw ħafna f'termini ta' popolazzjoni, l-erja tal-wiċċ u l-livelli ta' żvilupp. In-NUTS ġiet żviluppata mill-Eurostat speċifikament b'dawn iċ-ċirkostanzi ta' diversità f'moħħha.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1-41)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 11/2008 tat-8 ta’ Jannar 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) fuq it-trażmissjoni tas-serji kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 5, 9.1.2008, p. 13-14)

Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm Ewropew ta’ l-Istatistika 2013-17 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12-29)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 04.11.2016

Top