Help Print this page 
Title and reference
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea (UE) stabbilixxiet Fond ta’ Solidarjetà sabiex tkun tista’ tagħti rispons effiċjenti u flessibbli f’każ ta’ diżastru naturali kbir fi Stat Membru jew f’pajjiż li jkun qed jinnegozja sħubija.

ATT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabilixxi l-Fond ta’, Solidarjetà ta’, l-Unjoni Ewropea

SOMMARJU

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF), stabbilit fl-2002, jipprovdi assitenza finananzjarja lil pajjiżi tal-UE li jkunu qed jiffaċjaw diżastri naturali kbar. Taħt regoli ġodda adottati fl-2014 (ir-Regolament (UE) Nru 661/2014), proċeduri ta’ ħidma ġew issimplifikati u kriterji ta’ eleġibilità ġew iċċarati, u estiżi sabiex ikopru n-nixfa

Kundizzjonijiet għal intervent

L-EUSF jista’ jipprovdi għajnuna finanzjarja jekk il-ħsara totali kkawżata minn diżastri tkun ta’ aktar €3 biljun (skont prezzijiet tal-2011) jew 0.6% tad-dħul gross nazzjonali tal-pajjiż, skont liema tkun l-inqas.

Għalkemm diżastri kbar huma l-punt fokali prinċipali, l-għajnuna hija disponibblil wkoll għal diżastri reġjonali, aktar limitati, li għalihom il-limitu ta’ eleġibilità huwa ta’ 1.5% tal-prodott domestiku gross (PDG) tar-reġjun, jew ta’ 1% għal reġjun l-aktar imbiegħed.

Prevenzjoni ta’ diżastri u strateġiji ta’ mmaniġġjar tar-riskju

Ir-regoli l-ġodda jinkoraġġixxu lill-pajjiżi tal-UE illi jistabbilixxu strateġiji ta’ prevenzjoni ta’ diżastri u ta' mmaniġġjar tar-riskju billi jeħtieġu rapporti qabel u wara l-applikazzjonijiet. Pajjiżi affettwati li jkollhom għajnuna mnaqqsa jew rifjutata jekk jiksru b’mod ripetut l-obbligi tagħhom biex jimplimentaw il-liġi tal-UE dwar il-prevenzjoni tar-riskju għal diżastri.

Pajjiżi eleġibbli

L-EUSF ikopri lill-pajjiżi tal-UE u pajjiżi fil-proċess tan-negozjati għal sħubija fl-UE.

Għalxiex jintuża l-EUSF?

L-EUSF jissuplimenta l-ispiża pubblika tal-pajjiżi nfushom sabiex jiffinanzjaw operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza . Dawn jinkludu:

  • ir-restawr tal-infrastruttura essenzjali eżempju l-enerġija, l-ilma, is-saħħa u l-edukazzjoni;
  • akkomodazzjoni temporanja u spejjeż tas-servizzi ta’ emerġenza sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet immedjati;
  • żgurar ta’ infrastrutturi ta’ prevenzjoni, bħal digi;
  • miżuri għall-protezzjoni tal-wirt kulturali;
  • operazzjonijiet ta’ tindif.

Ħsara fuq proprjetà privata jew telf ta’ dħul, li huma kkunsidrati assigurabbli, mhumiex koperti.

Applikazzjonijiet għall-assistenza

Il-pajjiż affettwat għandu japplika mal-Kummissjoni Ewropea fi żmien 12-il ġurnata mid-diżastru. Għajnuna finanzjarja proposta mill-Kummissjoni għandha mbagħad tkun approvata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.

Baġit

Il-EUSF huwa ffinanzjat barra mill-baġit normali tal-UE (jiġifieri minn flus addizzjonali miġbura minn pajjiżi tal-UE). Il-baġit massimu annwali huwa ta’ €500 miljun (prezzijiet tal-2011), kif ukoll kwalunkwe fondi li jibqgħu mis-sena preċedenti.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002

15.11.2002

-

ĠU L 311 ta' 14.11.2002

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 661/2014

28.6.2014

-

ĠU L 189 ta' 27.6.2014

ATTI RELATATI

Ftehim Interistituzzjonali tat- 2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwestjonijiet baġitarji u dwar maniġġjar finanzjarju sod [Ġurnal Uffiċċjali C 373 tal-20.12.2013].

L-aħħar aġġornament: 10.08.2014

Top