Help Print this page 
Title and reference
L-iżgurar ta’ kontrolli xierqa fuq l-ikel u l-għalf tal-annimali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-iżgurar ta’ kontrolli xierqa fuq l-ikel u l-għalf tal-annimali

L-ikel u l-għalf li jittieklu mill-bnedmin u mill-annimali għandhom ikunu sikuri u bnini. Bil-għan li jkun żgurat li l-istandards għoljin tal-Unjoni Ewropea (UE) jiġu rrispettati, isiru kontrolli uffiċjali sabiex jiġi vverifikat li d-diversi leġiżlazzjonijiet qed jiġu implimentati bis-sħiħ.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali

SOMMARJU

L-ikel u l-għalf li jittieklu mill-bnedmin u mill-annimali għandhom ikunu sikuri u bnini. Bil-għan li jkun żgurat li l-istandards għoljin tal-Unjoni Ewropea (UE) jiġu rrispettati, isiru kontrolli uffiċjali sabiex jiġi vverifikat li d-diversi leġiżlazzjonijiet qed jiġu implimentati bis-sħiħ.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa jimla l-lakuni fil-leġiżlazzjoni eżistenti billi jorganizza mill-ġdid il-kontrolli uffiċjali sabiex dawn jiġu integrati fl-istadji kollha tal-produzzjoni u fis-setturi kollha. Huwa jistabbilixxi r-responsabbiltajiet kemm tal-ispetturi nazzjonali kif ukoll tal-ispetturi tal-UE. Huwa għandu l-għan li jipprevjeni, jelimina jew inaqqas għal livelli aċċettabbli r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali; li jiggarantixxi prattiki ġusti fil-kummerċ tal-ikel u tal-għalf; u li jipproteġi lill-pubbliku.

PUNTI EWLENIN

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali, b’mod regolari u mingħajr twissija, abbażi ta’ kwalunkwe riskji identifikati, rekord ta’ konformità preċedenti tal-proprjetarju ta’ negozju u kwalunkwe tagħrif li jista’ jindika nuqqas ta’ konformità.

Il-kontrolli jistgħu jsiru fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni.

Kull gvern tal-UE għandu jaħtar awtorità nazzjonali sabiex tkun responsabbli għall-effettività u l-indipendenza tal-kontrolli.

Il-gvernijiet għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli finanzi adegwati sabiex jipprovdu r-riżorsi tal-persunal neċessarji u riżorsi oħrajn meħtieġa.

Il-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali għandhom ikunu fis-seħħ u operabbli f’każ li tinqala’ emerġenza u jekk jinstab li l-ikel jew l-għalf jikkawża riskju serju għall-bnedmin jew għall-annimali.

Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali multiannwali fihom dettalji ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ. Dawn jiġu rrapportati kull sena lill-Kummissjoni.

Il-pubbliku ġenerali għandu jkollu aċċess għal tagħrif dwar il-kontrolli mwettqa, apparti minn dak kopert mis-segretezza professjonali, bħal materjal kunfidenzjali u dejta personali.

Jiġu nnominati laboratorji speċifiċi sabiex janalizzaw il-kampjuni meħuda matul il-kontrolli.

Il-kontrolli japplikaw ukoll għall-importazzjonijiet tal-ikel u tal-għalf fl-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea twettaq verifiki ġenerali u speċifiċi fil-pajjiżi tal-UE bil-għan li tivverifika li l-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali multiannwali qegħdin jiġu implimentati.

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jipprevedi fondi mill-baġit tal-UE li jgħinu sabiex ikopru l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet nazzjonali, minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Is-somma għall-perjodu 2014-2020 hija ta’ €1,891,936,000.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-20 ta' Mejju 2004.

Għal aktar tagħrif, ara Il-kontrolli uffiċjali u l-infurzar fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

20.5.2004

-

ĠU L 191 tat-28.05.2004, p. 1-52

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1029/2008

10.11.2008

-

ĠU L 278 tal-21.10.2008, p. 6

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009

7.8.2009

-

ĠU L 188 tat-18.7.2009, p. 14-92

Ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009

4.12.2009

-

ĠU L 314 tal-1.12.2009, p. 10-12

Ir-Regolament (UE) Nru 87/2011

23.2.2011

-

ĠU L 29 tat-3.2.2011, p. 1-4

Ir-Regolament (UE) Nru 208/2011

23.3.2011

-

ĠU L 58 tat-3.3.2011, p. 29-35

Ir-Regolament (UE) Nru 563/2012

1.7.2012

-

ĠU L 168 tat-28.6.2012, p. 24-25

Ir-Regolament (UE) Nru 702/2013

27.7.2013

-

ĠU L 199 tal-24.7.2013, p. 3-4

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014

30.6.2014

-

ĠU L 189 tas-27.6.2014, p. 1-32

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

L-aħħar aġġornament: 19.06.2015

Top