Help Print this page 
Title and reference
Żgurar tal-iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Żgurar tal-iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi regoli tal-iġjene speċifiċi għal ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozju tal-ikel. Huwa parti ewlenija mil-leġiżlazzjoni pakkett iġeniku tal-Unjoni Ewropea tal-2004 dwar l-iġene tal-ikel

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali.

SOMMARJU

Dan ir-regolament għandu l-għan illi jiżgura livell għoli ta’ sigurtà tal-ikel u s-saħħa pubblika. Huwa jikkumplimenta r-Regolament tal-UE 852/2004 dwar l-iġjene tal-affarijiet tal-ikel, li r-regoli tiegħu ikopru l-aktar l-operaturi fis-settur.

Ir-regoli tar-Regolament japplikaw għal prodotti mhux proċessati u proċessati li joriġinaw mill-annimali. B’mod ġenerali ma japplikawx għall-ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodott proċessati li joriġinaw mill-annimali.

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandhom jirreġistraw u, fejn meħtieġ, japprovaw stabbilimenti li jmissu prodotti li joriġinaw mill-annimali.

Approċċ settorjali

Ir-regoli tar-regolament għal ikel li joriġina mill-annimali ikopri dawn is-setturi prinċipali: laħam, frott tal-baħar, ħut u ħalib. F’konformità mal-metodi tradizzjonali ta’ prodzzjoni, ir-regolament jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-ikel li jagħtu kundizzjonijiet speċjali għar-regoli tal-iġjene f’kull settur.

Fis-settur tal-laħam, dawn ir-regoli jkopru, pereżempju, biċċeriji, qtugħ u dissussar, immarkar tas-saħħa, kif ukoll ħżin, trasport u maturazzjoni. Għal laħam tas-selvaġġina, il-kaċċaturi għandhom ikunu mħarrġin fis-saħħa u fl-iġene.

Ir-regoli għall-prodotti tal-frott tal-baħar u tas-sajd ikopru kollox minn produzzjoni u ħsad sa apparat, faċilitajiet, proċessar u trasport.

Laħam

Dan is-settur jinkludi ungulati domestiċi (speċi bovini, porċini, ovini u kaprini); tjur u lagomorfi (tjur imrobbija/fniek, fniek selvaġġi u annimali gerriema); kaċċa mrobbija ; kaċċa selvaġġa ; laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet mill-laħam u laħam separat b’mod mekkaniku / laħam irkuprat (MSM); u prodotti tal-laħam.

Is-setturi l-oħrajn huma;

  • Molluski bivalvi ħajjin
  • Prodotti tas-sajd
  • Ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib
  • Bajd u prodotti mill-bajd
  • Saqajn taż-żrinġijiet u bebbux
  • Xaħmijiet mdewbin tal-annimali u greaves
  • Stonku trattat, bladders u intestini
  • Ġelatina
  • Kollaġen

F’Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposti għal pakkett ta’ miżuri għal aktar titjib fis-saħħa u s-sigurtà fil-katina tal-ikel-agrarju.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru. 853/2004

20.5.2004

-

ĠU L 139 tat-30.4.2004

Att(i) li Jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru. 219/2009

20.4.2009

-

ĠU L 87 tal-31.3.2009

Emendi suċċesivi u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija għal għanijiet ta’ referenza biss.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005).

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004).

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.04.2004).

Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġene ta’ l-ikel u kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intżi li għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157, 30.4.2004).

L-aħħar aġġornament: 18.05.2014

Top