Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-benesseri tal-annimali waqt it-trasport — regoli tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-benesseri tal-annimali waqt it-trasport — regoli tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

  • Dan jirregola t-trasport ta’ annimali ħajjin bejn pajjiżi tal-UE u jipprovdi għal spezzjonijiet ta’ annimali li jidħlu jew iħallu l-UE. Ir-regoli dettaljati għandhom l-għan li jevitaw korriment jew tbatija żejda lill-annimali.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li ġejjin:

  • L-arranġament tat-trasport iridu jsiru bil-quddiem biex jimminimizzaw it-tul tal-vjaġġ u jissodisfaw il-bżonnijiet tal-annimali.
  • L-annimali għandhom ikunu kapaċi jivvjaġġaw.
  • Il-mezzi tat-trasport u l-faċilitajiet tat-tagħbija u l-ħatt, iridu jkunu ddiżinjati, mibnija, miżmuma u operati biex jevitaw il-korriment u t-tbatija u biex jiżguraw is-sigurtà tal-annimali.
  • In-nies li jqandlu l-annimali għandhom ikunu mħarrġa sew u ma jistgħu jużaw ebda forma ta’ vjolenza.
  • Il-ġarr sad-destinazzjoni jrid isir mingħajr dewmien u jkun jinvolvi spezzjonijiet regolari fuq il-benesseri tal-annimali.
  • Għandu jkun hemm biżżejjed għoli u erja tas-superfiċje għall-annimali.
  • Għandu jiġi pprovdut ilma, għalf u mistrieħ meta meħtieġa.
  • It-trasportaturi għandu:
    • ikollhom l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-vjaġġi kollha ta’ aktar minn 65 km;
    • jipprovdu dokumentazzjoni li jkun fiha dettalji bħall-oriġini tal-annimali u s-sjieda tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom u t-tul mistenni tal-vjaġġ;
    • jiżguraw li jkun hemm akkumpanjatur mal-annimali, sakemm ma jkunux f’kontenituri li jkun fihom biżżejjed għalf u ilma.
  • L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jispezzjonaw u japprovaw vetturi u bastimenti użati biex jittrasportaw l-annimali bl-art u l-baħar għal vjaġġi twal qabel dawn ikunu jistgħu jintużaw.
  • Il-gwardjani tal-annimali, u operaturi ta’ ċentri tal-ġbir (azjendi, ċentri tal-ġbir u swieq), iridu jiżguraw li r-regoli u l-istandards tal-benesseri qed jiġu segwiti fil-punti varji tat-tluq, trasferiment jew destinazzjoni.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġu li t-trasportaturi:
    • jkunu bbażati f’pajjiż tal-UE;
    • juru li għandhom persunal, apparat u proċeduri operazzjonali suffiċjenti u xierqa;
    • m'għandhomx rekord ta' ksur serju tar-regoli tal-UE jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-tliet snin ta’ qabel.
  • Għal vjaġġi twal bejn pajjiżi tal-UE u għal destinazzjonijiet barra mill-UE:
    • it-trasportaturi jrid ikollhom l-awtorizzazzjoni, id-dokumentazzjoni, sistema ta' navigazzjoni satellitari u pjanijiet ta’ kontinġenza neċessarji għal emerġenzi;
    • l-awtoritajiet nazzjonali jridu jwettqu kontroll fil-punt tat-tluq u fuq bażi każwali minn hemm 'il quddiem.
  • Fil-każ ta’ emerġenza jew fin-nuqqas li jiġu applikati r-regoli tal-benesseri, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinsistu li t-trasportatur:
    • jibdel ix-xufier jew l-akkumpanjatur;
    • jagħmel tiswijiet temporanji lill-mezzi tat-trasport;
    • jittrasferixxi l-kunsinna fuq vettura oħra;
    • jirritorna l-annimali lejn il-punt tat-tluq tagħhom;
    • iħott l-annimali u jżommhom f’akkomodazzjoni temporanja xierqa.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan japplika mill-25 ta' Jannar 2005.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara “Il-Benessri tal-Annimali – Kisbiet ewlenin” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1–44)

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/544/KE tal-21 ta' Ġunju 2004 dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport internazzjonali (ĠU L 241, 13.7.2004, p. 21)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 tal-25 ta' Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta' waqfien u li jemenda l-pjan ta' rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1–6).

Emendi suċċessivi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1255/97 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/188/UE tat-18 ta' April 2013 dwar rapporti annwali li jikkonċernaw spezzjonijiet mhux diskriminatorji li twettqu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (notifikata bid-dokument C(2013) 2098) (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 107–114)

l-aħħar aġġornament 18.04.2016

Top