Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-prevenzjoni tat-tixrid tal-vajrus tal-Bluetongue fost il-baqar u n-nagħaġ tal-Ewropa

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-prevenzjoni tat-tixrid tal-vajrus tal-Bluetongue fost il-baqar u n-nagħaġ tal-Ewropa

Il-bluetongue* hija marda virali li tinstab l-aktar fin-nagħaġ. Tifqigħa tal-marda tista’ tinfirex malajr, tikkawża mwiet u taqlib li jista’ jnaqqas sewwa l-profittabbiltà tal-produzzjoni tal-bhejjem.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija u l-emendi sussegwenti tagħha stabbilixxew miżuri dettaljati għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue, li jiddeskrivu l-proċeduri li jridu jiġu adottati f’każ ta’ tifqigħa.

PUNTI EWLENIN

Il-każijiet suspettati jew ikkonfermati tal-vajrus tal-bluetongue għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) kkonċernat qabel jiġu implimentati l-miżuri.

Meta jkun hemm suspett ta’ każ ta’ bluetongue, il-veterinarju għandu jqiegħed il-merħla taħt sorveljanza, iwettaq inventarju tal-annimali u tal-bini, jagħmel stħarriġ epidemjoloġiku u jeżerċita projbizzjoni fuq il-movimenti, jikkura l-annimali b’insettiċidi u jarmi l-karkassi.

Jekk il-marda tiġi kkonfermata, dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-azjendi agrikoli* kollha f’raġġ ta’ 20 km. Barra minn hekk, żona ta’ protezzjoni testendi fuq raġġ ta’ mill-inqas 100 kilometru madwar l-azjenda agrikola infettata, fejn l-annimali kollha għandhom jiġu identifikati u ma jistgħux iħallu ż-żona. L-awtorità għandha tistabbilixxi programm ta’ sorveljanza epidemjoloġika. Jista’ jiġi stabbilit ukoll programm ta’ tilqim f’din iż-żona.

Żona ta’ sorveljanza testendi għal mill-inqas 50 kilometru wara ż-żona tal-protezzjoni bl-istess miżuri għall-identifikazzjoni, għar-restrizzjoni tal-moviment u għas-sorveljanza taż-żona ta’ protezzjoni, iżda bi projbizzjoni fuq it-tilqim. Iż-żoni jistgħu jiġu estiżi jew jitnaqqsu skont iċ-ċirkostanzi.

Il-vaċċini huma permessi abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifika u bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tiġi infurmata qabel din isseħħ. Tista’ ssir l-istess kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż.

Saru disponibbli vaċċini inattivati ġodda minn mindu ġiet ippubblikata d-Direttiva oriġinali, u l-użu tagħhom matul it-tifqigħat tal-2008 u tal-2009 wassal għal titjib sinifikanti fil-kontroll tal-bluetongue. Il-vaċċini inattivati issa huma ppreferuti fuq il-vaċċini ħajjin aktar antiki, li kellhom ir-riskju li jxerrdu l-vajrus.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mit-22 ta' Diċembru 2000.

TERMINI EWLENIN

*Il-marda tal-bluetongue: marda virali, li tinġarr mid-dud u mhux kontaġġjuża ta’ ruminanti, primarjament nagħaġ. Is-sintomi jinkludu feriti, debbulizza u problemi riproduttivi. Ma teżisti ebda kura effettiva, l-annimali affettwati jistgħu jmutu fi ftit jiem u, għal dawk li jsalvaw, l-irkupru jista’ jieħu bosta xhur. Il-marda mhijiex ta’ theddida għall-bnedmin.

*Azjenda agrikola: stabbiliment agrikolu jew stabbiliment ieħor fejn jitrabbew jew jinżammu b’mod temporanju jew permanenti l-annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue.

Għal aktar tagħrif, ara dwar il-Bluetongue fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2000/75/KE

22.12.2000

1.1.2002

ĠU L 327 tat-22.12.2000, p. 74-83

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 2008/73/KE

3.9.2008

1.1.2010

ĠU L 219 tal-14.8.2008, p. 40-54

Direttiva 2012/5/UE

22.3.2012

23.9.2012

ĠU L 81 tal-21.3.2012, p. 1-2

Direttiva 2013/20/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158, 10.6.2013, p. 234-239

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2000/75/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 06.08.2015

Top