Help Print this page 
Title and reference
Emissjonijiet industrijali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Emissjonijiet industrijali

Sabiex tikkontrolla l-emissjonijiet industrijali, l-Unjoni Ewropea (UE) żviluppat qafas ġenerali bbażat fuq l-għoti ta' permessi integrati. Dan ifisser li l-permessi għandhom jikkunsidraw ir-rendiment ambjentali komplut ta’ impjant sabiex jiġi evitat li t-tniġġis jiċċaqlaq minn mezz ambjentali wieħed, bħall-arja, l-ilma u l-art, għal ieħor. Għanda tingħata prijorità lill-prevenzjoni tat-tniġġis permezz ta’ intervent f'ras il-għajn u billi jiġi żgurat użu prudenti u ġestjoni tar-riżorsi naturali.

ATT

Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).

SOMMARJU

Sabiex tikkontrolla l-emissjonijiet industrijali, l-Unjoni Ewropea (UE) żviluppat qafas ġenerali bbażat fuq l-għoti ta' permessi integrati. Dan ifisser li l-permessi għandhom jikkunsidraw ir-rendiment ambjentali komplut ta’ impjant sabiex jiġi evitat li t-tniġġis jiċċaqlaq minn mezz ambjentali wieħed, bħall-arja, l-ilma u l-art, għal ieħor. Għanda tingħata prijorità lill-prevenzjoni tat-tniġġis permezz ta’ intervent f'ras il-għajn u billi jiġi żgurat użu prudenti u ġestjoni tar-riżorsi naturali.

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Bħala tfassil mill-ġdid ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni iktar bikrija dwar l-emissjonijiet industrijali, id-direttiva tistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fl-arja, l-ilma u l-art u sabiex jiġi evitat li jiġi ġġenerat l-iskart minn installazzjonijiet industrijali kbar.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tkopri l-attivitajiet industrijali li ġejjin: l-enerġija, il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-metalli, minerali, sustanzi kimiċi, ġestjoni tal-iskart u setturi oħra bħall-polpa u l-produzzjoni tal-karti, biċċeriji u trobbija intensiva ta’ tjur u ħnieżer.

L-installazzjonijiet kollha koperti mid-direttiva jridu jipprevjenu u jnaqqsu t-tniġġis billi japplikaw l-aqwa metodi tekniċi disponibbli* (BAT - best available techniques), l-użu effiċjenti tal-enerġija, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart u miżuri sabiex jiġu evitati aċċidenti u llimitati l-konsegwenzi tagħhom.

L-installazzjonijiet jistgħu joperaw biss jekk ikollhom permess u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

Il-konklużjonijiet tal-BAT adottati mill-Kummissjoni huma r-referenza għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet tal-permess. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet iridu jkunu stabbiliti f’livell li jiżgura li l-emissjonijiet li jniġġsu ma jaqbżux il-livelli assoċjati mal-użu tal-BAT. Madankollu, il-valuri limitu jistgħu jaqbżu dawn il-livelli, jekk ikun pruvat li dan ikun iwassal għal spejjeż sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali.

L-awtoritajiet kompetenti jridu jwettqu spezzjonijiet regolari tal-installazzjonijiet.

Il-pubbliku jrid jingħata opportunità minn kmieni biex jipparteċipa fil-proċess tal-permessi.

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt dwar l-Emissjonijiet Industrijali tal-Kummissjoni Ewropea.

TERMINU EWLIENI

* L-aqwa metodi tekniċi disponibbli (BAT): l-iktar tekniki effettivi sabiex jiġu evitati u mnaqqsa l-emissjonijiet, li huma teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli fi ħdan is-settur.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2010/75/UE

6.1.2011

7.1.2013

ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17-119

Korrezzjoni għad-Direttiva 2010/75/KE ġiet inkorporata fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija maħsuba biss bħala għodda ta’ dokumentazzjoni

L-aħħar aġġornament: 30.06.2015

Top