Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-pestiċidi fl-UE — l-iżgurar tal-użu sostenibbli tagħhom

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-pestiċidi fl-UE — l-iżgurar tal-użu sostenibbli tagħhom

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2009/128/KE — Azzjoni tal-UE biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

  • Din tistabbilixxi regoli għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi billi jitnaqqsu r-riskji tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
  • Hija tippromwovi l-użu tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara u ta’ tekniki differenti bħal alternattivi mhux kimiċi.

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi tal-UE jridu:
    • jadottaw pjanijiet nazzjonali li jistabbilixxu objettivi, miri, miżuri u skedi ta’ żmien biex inaqqsu r-riskji tal-użu tal-pestiċidi għas-saħħa u l-ambjent;
    • jiżguraw li l-utenti professjonali, id-distributuri u l-konsulenti kollha jkollhom aċċess għal taħriġ xieraq;
    • jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u jippromwovu programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji potenzjali mill-pestiċidi;
    • jirrikjedu li t-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jkun suġġett għal spezzjonijiet regolari (mill-inqas darba sal-2016, imbagħad kull ħames snin sal-2020 u kull tliet snin wara dan);
    • jipprojbixxu l-bexx mill-ajru;
    • jipproteġu l-ilma, speċjalment l-ilma għax-xorb, mill-impatt tal-pestiċidi;
    • jiżguraw li l-użu tal-pestiċidi jitnaqqas jew jiġi pprojbit f’ċerti oqsma bħal ġonna pubbliċi, postijiet fejn jilagħbu t-tfal, grawnds tal-isports u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;
    • jeħtieġu lill-utenti professjonali jsegwu prekawzjonijiet ta’ sigurtà meta jimmaniġġjaw u jaħżnu l-pestiċidi u waqt it-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhom;
    • jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jippromwovu ġestjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara b’użu mill-inqas tal-pestiċidi.
  • Il-leġiżlazzjoni ma timpedixxix lill-pajjiżi tal-UE milli jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu tal-pestiċidi f’ċirkustanzi jew oqsma speċifiċi.
  • Sal-14 ta’ Diċembru 2012, il-pajjiżi tal-UE kellhom jikkomunikaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea u lil pajjiżi oħra tal-UE.
  • Sal-14 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni kellha tippreżenta rapport dwar il-pjanijiet nazzjonali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
  • Sal-14 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni trid tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar mill-pajjiżi tal-UE fl-implimentazzjoni tal-miri nazzjonali tagħhom.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 2009. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom sal-14 ta’ Diċembru 2011.

SFOND

Użu sostenibbli tal-pestiċidi

ATT

Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71-86)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/128/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

l-aħħar aġġornament 11.04.2016

Top