EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Prestazzjoni ambjentali aħjar: Skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fi skema komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li hija għodda ta’ ġestjoni volontarja ambjentali mill-aħjar għal kwalunkwe tip ta’ organizzazzjonijiet li jixtiequ jevalwaw, jirrappurtaw dwar u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Il-proċess ta’ reġistrazzjoni fl-EMAS

Sabiex tirċievi reġistrazzjoni fl-EMAS, organizzazzjoni għandha:

  • twettaq analiżi tal-aspetti ambjentali kollha tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tagħha;
  • tadotta politika ambjentali li tinkludi impenn sabiex tintlaħaq konformità mal-leġiżlazzjonijiet rilevanti kollha u sabiex jinkiseb titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tagħha;
  • tiżviluppa programm b’tagħrif dwar għanijiet u miri ambjentali speċifiċi;
  • tistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni effettiva sabiex tilħaq il-politika ambjentali tagħha u tiżgura titjib kontinwu;
  • twettaq verifika ambjentali li tivvaluta s-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ u l-konformità ġenerali mal-politika u l-programm tagħha;
  • tipprovdi dikjarazzjoni ambjentali tal-prestazzjoni tagħha, fl-isfond tal-objettivi tagħha, u l-passi li jridu jittieħdu fil-ġejjieni.

Validazzjoni

L-analiżi ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni, il-proċedura ta’ verifika u d-dikjarazzjoni għandhom jiġu approvati minn verifikatur ambjentali akkreditat.

Id-dikjarazzjoni validata tiġi reġistrata u titpoġġa disponibbli għall-pubbliku.

L-Użu tal-logo tal-EMAS

Organizzazzjoni li tlesti dawn l-istadji kollha b’suċċess tista’ tuża l-logo tal-EMAS fuq il-letterheads u b’referenza għall-attivitajiet u s-servizzi tagħha sabiex turi l-impenn tagħha li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea adottat serjé ta’ deċiżjonijiet b’rabta mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Dawn jinkludu:

  • Id-Deċiżjoni 2011/832/EU dwar gwida għal reġistrazzjoni korporattiva fl-Unjoni Ewropea (EU), ir-reġistrazzjoni ta’ pajjiż mhux fl-UE u r-reġistrazzjoni globali skont ir-regolament (KE) Nru 1221/2009;
  • Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1621 dwar dokument ta’ gwida dwar notifika lil korpi ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar minn verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru tal-UE għajr dak fejn tkun ingħatat l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009;
  • Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2463 dwar il-pubblikazzjoni tal-gwida għall-utent, li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS.

Il-Kummissjoni adottat ukoll sensiela oħra ta’ deċiżjonijiet fuq dokumenti ta’ referenza settorjali — li għandhom x’jaqsmu mal-aħjar prattiċi ta’ ġestjoni ambjentali, indikaturi settorjali tal-prestazzjoni ambjentali u parametraġġ referenzjarju ta’ eċċellenza għal:

  • is-settur ta’ negozju għall-konsumaturi (Deċiżjoni (UE) 2015/801);
  • is-settur tat-turiżmu (Deċiżjoni (UE) 2016/611);
  • is-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb (Deċiżjoni (UE) 2017/1508);
  • is-settur agrikolu (Deċiżjoni (UE) 2018/813);
  • is-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku (Deċiżjoni (UE) 2019/63);
  • is-settur ta’ manifattura tal-vetturi (Deċiżjoni (UE) 2019/62);
  • is-settur tal-amministrazzjoni pubblika (Deċiżjoni (UE) 2019/61);
  • is-settur tal-immaniġġjar tal-iskart (Deċiżjoni (UE) 2020/519);
  • is-settur tal-manifattura tal-prodotti tal-metall fabbrikat (Deċiżjoni (UE) 2021/2053);
  • is-settur tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (Deċiżjoni (UE) 2021/2054).

Emendi għal-leġiżlazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 ġie emendat tliet darbiet:

  • Ir-Regolament (UE) Nru 517/2013 emenda r-regolament biex jikkunsidra l-Kroazja li kienet ser issir membru tal-UE f’Lulju 20133.
  • Ir-Regolament (UE) 2017/1505 emenda l-Annessi I, II u III biex jikkunsidra l-ħtiġijiet stabbiliti fil-verżjoni l-ġdida tal-Istandard Internazzjonali ISO 14001. Organizzazzjonijiet li jixtiequ jiksbu jew iżommu kemm ir-reġistrazzjoni tal-EMAS kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001 spiss iwettqu proċess integrat uniku ta’ verifikazzjoni/ċertifikazzjoni, u għalhekk għandha tinżamm koerenza bejn ir-rekwiżiti ta’ dawn iż-żewġ instrumenti.
  • Ir-Regolament (UE) 2018/2026 emenda l-Anness IV biex jindirizza t-titjib identifikat mill-esperjenza miksuba matul l-operazzjoni tal-EMAS. Minħabba n-numru u n-natura ta’ dawn l-emendi, kien ikkunsidrat xieraq li Anness IV jinbidel kompletament fl-interess li dan ikun ċar.

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet 2001/681/KE u 2006/193/KE.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-11 ta’ Jannar 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (OJ L 342, 22.12.2009, pp. 1–45).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1533 tal-24 ta’ Lulju 2023 dwar ir-rikonoxximent tar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali Ecoprofit bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 186, 25.7.2023, pp. 28–32).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2463 tat-3 ta’ Novembru 2023 dwar il-pubblikazzjoni tal-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023) 720) (ĠU L, 2023/2463, 10.11.2023).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2053 tat-8 ta’ Novembru 2021 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-prodotti tal-metall fabbrikat għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 420, 25.11.2021, pp. 55–86).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2054 tat-8 ta’ Novembru 2021 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 420, 25.11.2021, pp. 87–122).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/519 tat-3 ta’ April 2020 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-immaniġjar tal-iskart skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 115, 14.4.2020, pp. 1–49).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/61 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 17, 18.1.2019, pp. 1–57).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/62 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 17, 18.1.2019, pp. 58–93).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/63 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 17, 18.1.2019, pp. 94–123).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/813 tal-14 ta’ Mejju 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 145, 8.6.2018, pp. 1–64).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2286 tas-6 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali Eco-Lighthouse bħala li huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) b’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (notifikata bid-dokument C(2017) 8082) (ĠU L 328, 12.12.2017, pp. 87–117).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1508 tat-28 ta’ Awwissu 2017 dwar id-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 223, 30.8.2017, pp. 1–35).

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1621 tas-7 ta’ Settembru 2016 li tadotta dokument ta’ gwida dwar notifika lil korpi ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar minn verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn tkun ingħatat l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 242, 9.9.2016, pp. 32–35).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/611 tal-15 ta’ April 2016 dwar id-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tat-turiżmu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 27–69).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/801 tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar id-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-kummerċ bl-imnut skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 25–60).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar gwida għal reġistrazzjoni korporattiva tal-UE, reġistrazzjoni ta’ pajjiż terz u reġistrazzjoni globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8896) (ĠU L 330, 14.12.2011, pp. 25–38).

l-aħħar aġġornament 22.12.2023

Top