Help Print this page 
Title and reference
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

Biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, l-UE qiegħda tneħħi gradwalment is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Biex jintlaħaq dan, ipprojbixxiet il-produzzjoni u l-bejgħ tas-sustanzi l-aktar perikolużi, bħal klorofluworokarboni (CFCs) u stabbilixxiet proċeduri għal oħrajn.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.

SOMMARJU

Biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, l-UE qiegħda tneħħi gradwalment is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Biex jintlaħaq dan, ipprojbixxiet il-produzzjoni u l-bejgħ tas-sustanzi l-aktar perikolużi, bħal klorofluworokarboni (CFCs) u stabbilixxiet proċeduri għal oħrajn.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saff tal-ożonu. Jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-miżuri għall-prodotti u t-tagħmir li jużaw dawn is-sustanzi. Ġie emendat xi ftit għal 3 darbiet.

PUNTI EWLENIN

Bħala regola ġenerali, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ sustanzi kkontrollati, bħal aloni (għat-tifi tan-nar), bromur tal-metil (għall-kontroll tal-pesti) u idroklorofluworokarbonji (użati fi friġġijiet u sistemi ta’ arja kondizzjonata) li l-manifattura jew l-użu tagħhom huwa regolat, huma pprojbiti.

Huma permessi xi eċċezzjonijiet taħt kundizzjonijiet ċari: jekk jintużaw bħala materja prima, bħala aġenti tal-proċess jew għall-użu analitiku jew fil-laboratorju.

L-użu tal-bromur tal-metil ġie pprojbit minn Marzu 2010, ħlief matul kwarantini ta’ emerġenza biex jipprevjenu t-tixrid ta’ mard jew pesti. F’kull każ, il-Kummissjoni għandha tagħti l-awtorizzazzjoni temporanja tagħha.

F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jintużaw sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nirien u tagħmir għat-tifi tan-nar li jkun fihom l-aloni. L-alternattivi disponibbli qegħdin dejjem aktar jiżdiedu u r-Regolament (UE) Nru 744/2010 jistabbilixxi dati tal-għeluq iddettaljati. Dawn ivarjaw mill-2013 sal-2040 skont l-użu tal-aloni.

L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati u prodotti li fihom dawn is-sustanzi huma essenzjalment ipprojbiti. Meta jkunu permessi, ikun hemm sistema ta’ liċenzji. Fl-2013, il-Kummissjoni għamlet dan aktar flessibbli għall-aloni użati fl-inġenji tal-ajru.

Għandhom ikunu fis-seħħ sistemi ta’ rkupru biex jinqerdu, jiġu riċiklati jew jintalbu lura sustanzi kkontrollati użati fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, l-arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, pajrini u sistemi ta’ protezzjoni u oġġetti li jkun fihom is-solventi.

DAN IR-REGOLAMENT MINN META JAPPLIKA?

Mill-1 ta’ Jannar 2010.

TERMINI EWLENIN

Materja prima: kwalunkwe sustanza kkontrollata jew sustanza ġdida li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tiġi kompletament ikkonvertita mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha huma insinifikanti.

Aġenti tal-proċess: sustanzi kkontrollati użati bħala aġenti kimiċi tal-proċess fl-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III.

Għal aktar informazzjoni, ara s-Sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali t

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

20.11.2009

Mhux applikabbli, ir-Regolament huwa applikabbli direttamentMadankollu, il-pajjiżi tal-UE huma obbligati jiddefinixxu rekwiżiti minimi ta’ kwalifikazzjoni għall-persunal (1.1.2010) u biex jistabbilixxu regoli dwar il-pieni (30 ta’ Ġunju 2011).

ĠU L 286 tal-31.10.2009, p. 1-30

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2010

8.9.2010

-

ĠU L 218 tad-19.8.2010, p. 2-8

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2013

25.11.2013

-

ĠU L 293 tal-5.11.2013, p. 28

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2013

25.11.2013

-

ĠU L 293 tal-5.11.2013, p. 29-30

Emendi sussegwenti u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur purament dokumentarju.

L-aħħar aġġornament: 02.04.2015

Top