Help Print this page 
Title and reference
L-irkupru tal-fwar tal-petrol fil-pompi tal-petrol għal arja aktar nadifa

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-irkupru tal-fwar tal-petrol fil-pompi tal-petrol għal arja aktar nadifa

Il-fwar tal-petrol li joħroġ waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur huwa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. B’direttiva tal-2009, l-Unjoni Ewropea (UE) qed tieħu azzjoni biex tirkupra dan il-fwar.

ATT

Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

SOMMARJU

Il-fwar tal-petrol li joħroġ waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur huwa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. B’direttiva tal-2009, l-Unjoni Ewropea (UE) qed tieħu azzjoni biex tirkupra dan il-fwar.

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tiżgura l-irkupru ta’ fwar tal-petrol dannuż li nkella joħroġ waqt ir-riforniment ta’ vettura bil-mutur fi stazzjon tas-servis. Il-pompi tal-petrol ta’ ħafna stazzjonijiet tas-servis tal-UE se jkollhom ikunu mgħammra biex jirkupraw dan il-fwar.

PUNTI EWLENIN

Din id-direttiva tapplika għal stazzjonijiet tas-servis ġodda u organizzati mill-ġdid b’mod sostanzjali li għandhom fluss annwali ta’ iktar minn 500 m3 ta’ petrol, u stazzjonijiet tas-servis bi fluss ta’ aktar minn 100 m3 li jinsabu taħt akkomodazzjoni fejn jgħixu n-nies. Dawn huma obbligati jinstallaw sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol (PVR) tat-tip Fażi II.

Stazzjonijiet tas-servis kbar li għandhom fluss annwali ta’ 3,000 m3 iridu jinstallaw sistemi PVR sal-2018.

It-tagħmir PVR irid ikun iċċertifikat mill-manifattur b’konformità ma’ standards tekniċi rilevanti, u jrid ikun kapaċi jaqbad mill-inqas 85 % tal-fwar tal-petrol.

L-effiċjenza tat-tagħmir PVR trid tiġi ttestjata darba kull sena, jew kull tliet snin jekk l-istazzjon tas-servis ikollu tagħmir awtomatiku ta’ monitoraġġ.

L-istazzjonijiet tas-servis li jinstallaw tagħmir PVR iridu jinnotifikaw lill-konsumaturi dwar it-tagħmir billi jqiegħdu sinjal, stiker jew notifika oħra fuq jew madwar il-pompa tal-petrol.

Il-metodi tal-ittestjar u l-istandards użati biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza tas-sistemi PVR huma armonizzati taħt id-Direttiva 2014/99/UE.

SFOND

Il-petrol huwa taħlita kumplessa ta’ komposti organiċi volatili li jevaporaw mal-ewwel fl-arja, fejn jikkontribwixxu għal diversi problemi ta’ tniġġis. Dawn jinkludu livelli eċċessivi ta’ benżin tossiku fl-arja tal-ambjent u l-formazzjoni fotokimika tal-ożonu li huwa sustanza li tniġġes l-arja li tikkawża mard respiratorju bħall-ażma. Barra minn hekk, l-ożonu huwa gass b’effett ta’ serra.

Għal aktar informazzjoni, ara Il-Ħażna u d-Distribuzzjoni tal-Petrol fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/126/KE

31.10.2009

1.1.2012

ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36-39

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2014/99/UE

12.11.2014

12.5.2016

ĠU L 304, 23.10.2014, p. 89-90.

L-aħħar aġġornament: 11.08.2015

Top