Help Print this page 
Title and reference
L-Aġenzija tal-UE għall-Ambjent - informazzjoni u monitoraġġ ambjentali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-Aġenzija tal-UE għall-Ambjent - informazzjoni u monitoraġġ ambjentali

Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 - l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament jiddeskrivi l-għanijiet u l-objettivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u tan-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (EIONET). Dan jagħtihom iċ-ċans li jipprovdu informazzjoni bħala sostenn għall-formulazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE.

PUNTI EWLENIN

L-EEA hija aġenzija tal-UE li l-objettiv tagħha huwa li tipproteġi u ttejjeb l-ambjent u tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli. Hija tagħmel dan billi tipprovdi informazzjoni oġġettiva, affidabbli u komparabbli sabiex:

jittieħdu miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent,

jiġu vvalutati r-riżultati ta’ dawn il-miżuri meħuda,

il-pubbliku jinżamm infurmat dwar l-istat tal-ambjent, u

il-pajjiżi tal-UE jingħataw l-appoġġ xjentifiku u tekniku meħtieġ.

Din l-aġenzija għandha l-kompiti prinċipali li ġejjin:

li tiġbor, tipproċessa u tanalizza d-dejta sabiex l-UE tiġi pprovduta bl-informazzjoni oġġettiva meħtieġa għal politiki ambjentali effettivi,

li tassisti l-monitoraġġ tal-miżuri ambjentali,

li tiġbor, tevalwa u xxerred dejta dwar l-istat tal-ambjent lill-pubbliku ġenerali,

li tiżgura li d-dejta tkun komparabbli mal-Ewropa kollha,

li tippromwovi l-inkorporazzjoni tad-dejta tal-UE fi programmi ta’ monitoraġġ internazzjonali bħal dawk tan-Nazzjonijiet Uniti,

li tistimula l-iżvilupp ta’ metodi għall-valutazzjoni tal-ispiża tal-ħsara fl-ambjent u tal-ispejjeż ta’ politiki ta’ prevenzjoni, protezzjoni u restorazzjoni,

li tistimula l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ħsara fl-ambjent, u

li tippubblika rapport dwar l-istat ta’, ix-xejriet fi u l-prospetti għall-ambjent kull 5 snin.

Id-dejta koperta tinkludi:

l-istat tal-ħamrija u tal-fawna u l-flora,

l-immaniġġjar tal-iskart,

it-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Il-Bord tal-EEA jinkludi rappreżentant wieħed minn kull wieħed mill-pajjiżi membri tal-aġenzija, 2 mill-Kummissjoni Ewropea u 2 esperti xjentifiċi maħtura mill-Parlament Ewropew. Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli mit-tmexxija ta’ kuljum.

L-EEA tikkoopera ma’ korpi tal-UE u internazzjonali oħrajn, bħall-Uffiċċju tal-Istatistika (Eurostat) tal-UE u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

EIONET, li huwa kkoordinat mill-EEA, huwa n-netwerk ta’ informazzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet ambjentali. Huwa għandu rappreżentanza mill-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija.

MINN META BEDA JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Mill-10 ta’ Ġunju 2009.

SFOND

Is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009

10.6.2009

-

ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13-22

l-aħħar aġġornament 22.09.2015

Top