Help Print this page 
Title and reference
Il-liġi tal-UE kontra l-kriminalità ambjentali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-liġi tal-UE kontra l-kriminalità ambjentali

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

tad-Direttiva 2008/99/KE – il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Tiddefinixxi numru ta' reati serji li huma ta' detriment għall-ambjent.

Teħtieġ li l-pajjiżi tal-UE jintroduċu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal dawn it-tipi ta' reati meta jitwettqu intenzjonalment jew b'riżultat ta' negliġenza serja.

PUNTI EWLENIN

Imġibiet illegali* b'impatti negattivi fuq is-saħħa umana u/jew l-ambjent li huma soġġetti għal penali jinkludu:

ir-rilaxx, l-emissjoni jew l-introduzzjoni fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma tal-materjali perikolużi;

il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta' skart perikoluż;

il-ġarr ta' kwantitajiet notevoli ta' skart;

l-operazzjoni ta' impjant industrijali li jwettaq attivitajiet perikoluċi jew li jaħżen sustanzi perikolużi (eż. fabbriki li jipproduċu ż-żebgħa jew il-kimiċi);

il-manifattura, it-trattament, il-ħażna, l-użu, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew ir-rimi ta' materjal nukleari / materjali radjuattivi perikolużi;

il-qtil, il-pussess jew l-ittraffikar ta' ammonti notevoli ta' speċi ta' annimali u pjanti protetti;

il-produzzjoni, il-kummerċ jew l-użu tas-sustanzi li jeqirdu s-saff tal-ożonu (eż. il-kimiċi fl-apparati tat-tifi tan-nar jew is-solventi tat-tindif).

Penali:

Il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li r-reati/l-imġibiet illegali elenkati f'din id-direttiva huma punibbli b'penali kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal individwi (persuni fiżiċi*).

Jekk ir-reati jitwettqu f'isem persuna ġuridika* (bħal kumpanija) minn individwu li għandu pożizzjoni ta' tmexxija f'dik il-persuna ġuridika, il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li kemm l-individwu u l-persuna legali jistgħu jinżammu responsabbli.

Jekk l-individwu fl-awtorità ta' persuna ġuridika ma jkunx issodisfa d-dmirijiet tiegħu ta' superviżjoni jew kontroll, il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li l-persuna individwali jew ġuridika jistgħu jinżammu responsabbli.

Skont is-sistema legali tal-pajjiżi tal-UE, ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi tista' tkun kriminali jew mhux kriminali.

Din id-Direttiva tibni fuq id-Direttiva 2004/35/KE, li tistabbilixxi regoli dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali.

Il-prosekuzzjoni tar-reat ambjentali hija taħt ir-responsabbiltà tal-pajjiżi tal-UE. Għaliex is-sistemi legali huma differenti fost il-pajjiżi tal-UE, il-kriminali jistgħu jieħdu vantaġġ minn nuqqas ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Netwerks ta' professjonisti ambjentali, bħan-Netwerk Ewropew għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL), il-Forum tal-UE tal-Imħallfin Favur l-Ambjent (FUEIFA) u in-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (NEPA) għandhom rwol importanti fl-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp tal-metidoloġiji għall-infurzar effettiv.

SFOND

Reat ambjentali

TERMINI EWLENIN

* Illegali: f'dan il-kuntest, tirreferi għall-ksur tal-liġijiet tal-UE jew nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE msemmija fl-Annessi għad-Direttiva 2008/99/KE.

* Persuna fiżika: bniedem.

* Persuna ġuridika: kwalunkwe entità legali (eż. kumpanija jew entità oħra li għandha drittijiet legali u li hija soġġetta għall-obbligi) skont il-liġi nazzjonali, ħlief għall-istati u organizzazzjonijiet pubbliċi u internazzjonali.

ATT

Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, pp. 28–37)

l-aħħar aġġornament 25.11.2015

Top