Help Print this page 
Title and reference
Liġi tal-UE dwar l-immaniġġjar tal-iskart

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Liġi tal-UE dwar l-immaniġġjar tal-iskart

Il-ġenerazzjoni tal-iskart kienet prodott sekondarju inevitabbli u sfortunat tal-attività u t-tkabbir ekonomiċi. Bit-teknoloġija moderna u t-trobbija bil-għaqal, dik ir-rabta ċiklika tista’ titkisser.

ATT

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi.

SOMMARJU

Il-ġenerazzjoni tal-iskart kienet prodott sekondarju inevitabbli u sfortunat tal-attività u t-tkabbir ekonomiċi. Bit-teknoloġija moderna u t-trobbija bil-għaqal, dik ir-rabta ċiklika tista’ titkisser.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi qafas legali għat-trattament tal-iskart fl-Unjoni Ewropea (UE). Din hija ddisinjata biex tipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem billi tenfasizza l-importanza ta’ tekniki xierqa tal-immaniġġjar, l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq ir-riżorsi u jittejjeb l-użu tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi ġerarkija tal-iskart: il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru għal skopijiet oħrajn bħall-enerġija u r-rimi.

Hija tikkonferma l-“prinċipju ta’ min iniġġes iħallas”, fejn il-produttur tal-iskart oriġinali għandu jħallas għall-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart.

Hija tintroduċi l-kunċett ta’ “responsabbiltà estiża tal-produttur”. Dan jista’ jinkludi obbligu fuq il-manifatturi li jaċċettaw u jiddisponu mill-prodotti rritornati wara l-użu.

Hija tagħmel distinzjoni bejn skart u prodotti sekondarji*.

L-immaniġġjar tal-iskart għandu jsir mingħajr ebda riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija, il-pjanti jew l-annimali, mingħajr ma jikkawża inkonvenjent minn storbju jew irwejjaħ u mingħajr ma jikkawża ħsara lill-kampanja jew lill-postijiet ta’ interess speċjali.

Il-produtturi jew id-detenturi tal-iskart għandhom jittrattawh huma stess jew iqabbdu operatur rikonoxxut b’mod uffiċjali. Huma jeħtieġu permess u jiġu spezzjonati perjodikament.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jistabbilixxu pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart u programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart.

Japplikaw kundizzjonijiet speċjali għall-iskart perikoluż, għaż-żjut għar-rimi u għall-bijoskart.

Hija tintroduċi miri ta’ riċiklaġġ u rkupru li għandhom jintlaħqu sal-2020 għall-iskart domestiku (50%) u għall-iskart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ (70%).

Il-leġiżlazzjoni ma tkoprix ċerti tipi ta’ skart bħal elementi radjuattivi, splussivi ddekummissjonati, materjal ta’ ħmieġ, ilma mormi u karkassi tal-annimali.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Mit-12 ta’ Diċembru 2008.

TERMINI EWLENIN

* Prodott sekondarju: riżultat minn proċess tal-produzzjoni li ma kienx l-għan primarju ta’ dak il-proċess. Kuntrarju għall-iskart, huwa għandu jkun jista’ jkompli jintuża wara. Id-direttiva tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mis-sustanzi sabiex tkun tista’ ssir distinzjoni bejn il-prodotti sekondarji u l-iskart.

Għal aktar tagħrif, ara l-paġni dwar id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2008/98/KE

12.12.2008

12.12.2010

ĠU L312 tat-22.11.2008, p. 3-30

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 1357/2014

8.1.2015

-

ĠU L 365 tad-19.12.2014, p. 89-96

Fit-test bażiku ġew inkorporati emendi u korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2008/98/KE. Din il-verżjoni kkonsolidata hija għall-fini ta’ referenza biss.

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 370 tat-30.12.2014, p. 44-86).

L-aħħar aġġornament: 10.06.2015

Top