Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Att dwar in-negozji żgħar għall-SMEs Ewropej

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

“Att dwar in-negozji żgħar” għall-SMEs Ewropej

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2008) 394 final) — “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa

SOMMARJU

X'JAGĦMEL L-ATT DWAR IN-NEGOZJI ŻGĦAR (SBA, SMALL BUSINESS ACT)?

Il-komunikazzjoni tistabbilixxi għadd ta' prinċipji maħsubin sabiex iħeġġu l-intraprenditorija fl-UE u sabiex jagħmluha aktar faċli għan-negozji ż-żgħar sabiex jirnexxu.

Tinkludi wkoll proposti leġiżlattivi għall-implimentazzjoni kemm fuq livell tal-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE.

Huwa dokument mhux vinkolanti iżda li ġie approvat mill-Kunsill u rċieva l-appoġġ tal-Kunsill Ewropew u tal-Parlament Ewropew.

PUNTI EWLENIN

Il-prijoritajiet ewlenin tal-SBA huma li jippromwovi l-intraprenditorija, itejjeb l-aċċess għall-finanzi, inaqqas il-piż regolatorju u jtejjeb l-aċċess għas-swieq u l-internazzjonalizzazzjoni.

Dawn il-prijoritajiet huma stabbiliti fl-10 prinċipji mfasslin biex jiggwidaw id-disinn u l-implimentazzjoni tal-politiki fil-livell tal-UE u f'dak ta' pajjiż tal-UE:

  • 1.

    ħolqien ta' ambjent li fih, l-intraprendituri u n-negozji tal-familja jistgħu jimirħu u fejn l-intraprenditorija tiġi ppremjata;

  • 2.

    żgurar li l-intraprendituri onesti li ħabbtu wiċċhom ma' falliment finanzjarju malajr jiksbu tieni ċans;

  • 3.

    jitfasslu regoli skont il-prinċipju ta' “aħseb fiż-żgħir l-ewwel”;

  • 4.

    amministrazzjonijiet pubbliċi jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet ta' negozji żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

  • 5.

    għodod ta' politiki pubbliċi jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tal-SMEs: faċilitar tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwisti pubbliċi u użu aħjar tal-possibilitajiet tal-għajnuna Statali għall-SMEs;

  • 6.

    faċilitar tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzi u żviluppar ta' ambjent legali u ta' negozju li jappoġġa pagamenti fil-ħin fi transazzjonijiet kummerċjali;

  • 7.

    għajnuna lill-SMEs sabiex jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet offruti mis-suq uniku tal-UE;

  • 8.

    promozzjoni tat-titjib tal-ħiliet fl-SMEs u ta' kull forma ta' innovazzjoni;

  • 9.

    l-SMEs ikunu jistgħu jaqilbu sfidi ambjentali f'opportunitajiet;

  • 10.

    tħeġġiġ u appoġġ lill-SMEs sabiex jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq.

Reviżjoni tal-SBA li saret fl-2011 min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea sabet li:

  • ħafna mill-inizjattivi ġew adottati,
  • mill-4 proposti leġiżlattivi, l-istatut tal-kumpaniji privati Ewropej biss ma ġiex adottat,
  • hemm varjazzjonijiet fl-approċċi tal-pajjiżi tal-UE għall-implimentazzjoni u hemm riżultati differenti,
  • ħafna mill-pajjiżi tal-UE adottaw miri biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi iżda mhux kollox intlaħaq minnhom.

Ir-reviżjoni pproponiet ukoll azzjonijiet ġodda bil-għan li l-SBA jiġi integrat fl-istrateġija ta' Ewropa 2020. Dawk l-azzjonijiet inkludew:

  • il-promozzjoni tal-prinċipju ta' “darba biss” għall-korpi amministrattivi meta jitolbu informazzjoni jew dokumenti,
  • it-titjib tal-aċċess għall-finanzi permezz ta' garanziji għal self sabiex l-SMEs ikunu megħjunin jindirizzaw l-isfidi tal- globalizzazzjoni u tat-tibdil fil-klima,
  • bażi ta' taxxa korporattiva kkonsolidata komuni sabiex id-ditti jkunu megħjunin fis-suq uniku.

Konsultazzjoni pubblika tal-2014 fuq l-SBA sabet li sar progress iżda li

  • il-piżijiet amministrattivi u legali baqgħu l-ikbar tħassib,
  • l-aċċess għall-finanzi baqa' diffiċli minkejja l-miżuri meħudin,
  • hemm bżonn ta' aktar sforz fir-rigward tal-aċċess għas-swieq, b'mod partikolari fit-titjib tar-rabtiet bejn programmi tal-UE eżistenti.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara “L-att dwar in-negozji ż-żgħar għall-Ewropa” fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (KUMM(2008) 394 finali tal-25 ta' Ġunju 2008)

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Reviżjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (KUMM(2011) 78 finali tat-23 ta' Frar 2011).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Idoneità Regolatorja tal-UE (COM(2012) 746 final tat-12 ta' Diċembru 2012).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Pjan ta' azzjoni 2020” dwar l-intraprenditorija — Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa (COM(2012) 795 final tad-9 ta' Jannar 2013)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Regolamentazzjoni Intelliġenti - Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji (COM(2013) 122 final tas-7 ta' Marzu 2013)

l-aħħar aġġornament 24.02.2016

Top