Help Print this page 
Title and reference
Pjan dwar l-Effiċjenza Enerġetika tal-UE 2011

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Pjan dwar l-Effiċjenza Enerġetika tal-UE 2011

L-effiċjenza enerġetika hija komponent ewlieni tal-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni Ewropea (UE) u għodda effettiva fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, fit-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija u sabiex tagħmilha inqas dipendenti fuq fornituri esterni.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan dwar l-Effiċjenza Enerġetika tal-2011 (KUMM(2011) 109 finali tat-8.3.2011).

SOMMARJU

L-effiċjenza enerġetika hija komponent ewlieni tal-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni Ewropea (UE) u għodda effettiva fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, fit-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija u sabiex tagħmilha inqas dipendenti fuq fornituri esterni.

X'TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Hija tistabbilixxi pjanijiet li jippromwovu ekonomija li tirrispetta r-riżorsi tal-pjaneta; timplimenta sistema b’livelli baxxi ta’ karbonju; ittejjeb l-indipendenza enerġetika tal-UE; u ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

PUNTI EWLENIN

Konsum baxx tal-enerġija fis-settur tal-kostruzzjoni huwa importanti ħafna, billi dan is-settur jammonta għal kważi 40 % tal-konsum tal-enerġija finali. Dan id-dokument jagħmel enfasi fuq il-modi kif tista’ tittejjeb l-effiċjenza enerġetika f’dan is-settur, bħat-taħriġ tal-arkitetti u tal-inġiniera permezz tal-Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda u jippermetti lill-Kumpaniji ta’ Servizz tal-Enerġija (ESCOs) jagħtu l-flus lill-awtoritajiet pubbliċi sabiex inaqqsu l-konsum tal-enerġija.

Fir-rigward tal-industrija, dan id-dokument jinkoraġġixxi l-użu ta’ tagħmir u infrastrutturi ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva tal-iskema dwar l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u mad-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali.

Dan id-dokument jipproponi li tissaħħaħ id-Direttiva dwar l-Ekodisinn u li jiġu definiti standards stretti għal affarijiet domestiċi bħal apparat li jsaħħan l-ilma u kompjuters. Sadanittant, l-avvanz tal-għarfien tal-konsumaturi dwar l-Ekotikketta għandu jgħin sabiex jippromwovi l-prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Dan id-dokument isemmi strumenti finanzjarji, bħall-programm Enerġija Intelliġenti Ewropa u l-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru bħala modi kif tista’ tiġi ffinanzjata l-effiċjenza enerġetika. Madankollu, skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, li ħarġet minn dan id-dokument, l-iffinanzjar għall-effiċjenza enerġetika ġej minn skemi ta’ finanzjament inklużi Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

SFOND

Dan il-pjan jifforma parti mill-miri 20-20-20 tal-Pakkett dwar l-Enerġija u l-Klima għall-2020 tal-UE. Iż-żewġ miri l-oħrajn huma li, sal-2020, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra jitnaqqsu b’20 % mil-livelli tal-1990 u li jkun hemm 20 % tal-enerġija tal-UE li tiġi minn sorsi rinnovabbli.

Għal aktar tagħrif, ara s-siti elettroniċi tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Effiċjenza Enerġetika, l-Ekodisinn u l-Enerġija Intelliġenti Ewropa.

TERMINI EWLENIN

Inċentivi opposti jirreferu għas-sitwazzjoni komuni fejn is-sidien u l-inkwilini joqogħdu lura milli jħallsu għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ proprjetà, minħabba li jaraw li l-benefiċċji huma kondiviżi bejniethom.

ATTI RELATATI

Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285 tal-31.10.2009, pp. 10-35).

Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315 tal-14.11.2012, pp. 1-56).

L-aħħar aġġornament: 27.08.2015

Top