Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Skart radjuattiv u fjuwil użat - regoli dwar is-sikurezza

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Skart radjuattiv u fjuwil użat - regoli dwar is-sikurezza

Direttiva 2011/70 - ġestjoni sikura tal-iskart nukleari

ATT

Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv

SOMMARJU

X’TAGĦMEL-ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi:

prinċipji biex jiggwidaw il-politiki nazzjonali dwar l-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat minn attivitajiet nukleari ċivili,

il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ oqfsa nazzjonali leġiżlattivi, regolatorji u organizzattivi,

regoli dwar ir-rimi.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva teħtieġ li l-politiki nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE dwar l-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

l-ammonti ġġenerati jridu jinżammu baxxi kemm jista’ jkun,

il-passi kollha fil-ġenerazzjoni u l-ġestjoni jkunu interdipedenti,

is-sikurezza bħala prijorità,

dawk li jiġġeneraw iridu jġarrbu l-ispiża sħiħa tar-rekwiżiti kollha ta’ sikurezza,

il-proċessi kollha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet iridu jiġu dokumentati.

Kull pajjiż tal-UE huwa responsabbli sabiex iġestixxi l-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat tiegħu stess.

Il-pajjiż tagħhom irid jimplimenta qafas nazzjonali leġiżlattiv, regolatorju u organizzattiv għal tali materjal, li jinkludi:

programm ta’ ġestjoni nazzjonali,

miżuri għall-ġestjoni tas-sikurezza,

sistema ta’ liċenzjar tal-attivitajiet għall-ġestjoni,

miżuri biex jiġu infurzati r-rekwiżiti tas-sikurezza,

responsabbiltajiet assenjati għall-istadji differenti tal-ġestjoni,

informazzjoni u parteċipazzjoni tal-pubbliku,

finanzjament xieraq.

Programm ta’ ġestjoni nazzjonali

Dan irid jinkludi dettalji dwar:

l-objettivi ta’ politika globali b’perjodi ta’ żmien stipulati b’mod ċar,

inventarju tal-fjuwil użat u skart radjuattiv, bi stimi għal kwantitajiet futuri,

pjanijiet għall-perjodu ta’ wara l-għeluq ta’ faċilità tar-rimi,

ir-responsabbiltajiet assenjati għall-implimentazzjoni tal-programm,

valutazzjoni tal-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta’ programm nazzjonali,

skema/skemi ta’ finanzjament,

ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi oħrajn (ġewwa jew barra l-UE),

politika ta’ informazzjoni trasparenti.

Awtorità regolatorja

Din trid tiffunzjona b’mod separat mill-produtturi u l-promoturi tal-materjal radjuattiv u l-enerġija nukleari.

Sistema ta’ liċenzjar

Il-kumpanijia li jittrattaw skart nukleari jridu japplikaw għal liċenzja biex jagħmlu dan. Imbagħad dawn ikollhom ir-responsabbiltà ewlenija għall-ġestjoni sikura tiegħu.

Biex tikseb liċenzja, kumpanija trid turi li hija kapaċi:

tistabbilixxi, topera u tiddiżattiva faċilità nukleari b’mod sikur,

tiżgura li l-fażi ta’ wara l-għeluq ta’ faċilità hija sikura.

Reviżjonijiet perjodiċi

Kull 10 snin, kull pajjiż irid jorganizza awtovalutazzjonijiet u reviżjoni bejn il-pari internazzjonali tal-qafas nazzjonali, l-awtorità regolatorja u/jew il-programm nazzjonali tiegħu, biex jiżgura li dawk kollha jissodisfaw standards ta’ sikurezza għoljin.

Rimi

L-iskart radjuattiv irid jintrema fil-pajjiż fejn kien iġġenerat, sakemm ma jkunx hemm ftehimiet ma’ pajjiżi oħra.

Jekk l-iskart jiġi ttrasportat bil-baħar lejn pajjiż barra l-UE, il-pajjiż tal-UE li ġġenerah xorta jibqa’ responsabbli għas-sikurezza. Dak il-pajjiż irid jiżgura li l-pajjiż li jirċievi l-iskart:

għandu ftehim mal-UE dwar kif għandu jiġi mmaniġġjat kif suppost l-iskart radjuattiv/ il-fjuwil użat,

għandu programmi tal-ġestjoni tal-iskart u ta’ rimi li jikkonformaw mal-istandards tas-sikurezza tad-direttiva,

għandu faċilitajiet awtorizzati joperaw qabel isir il-vjeġġ tal-materjal.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mit-22 ta’ Awwissu 2011.

SFOND

REFERENZA

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2011/70/Euratom

22.8.2011

23.8.2013

ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48-56

l-aħħar aġġornament 16.09.2015

Top