Help Print this page 
Title and reference
Il-gassijiet b’effett serra: it-tnaqqis tal-emissjonijiet b’20 % jew aktar sal-2020

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-gassijiet b’effett serra: it-tnaqqis tal-emissjonijiet b’20 % jew aktar sal-2020

Il-kriżi ekonomika b’firxa wiesgħa ħalliet impatt fuq il-miri stabbiliti mill-UE fl-2008 li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tagħha b’20 % sal-2020. Dan inaqqas il-mira bħala forza għall-immodernizzar tal-ekonomija Ewropea u sabiex din issir aktar kompetittiva. Dan għandu wkoll implikazzjonijiet għal tranżizzjoni possibbli tal-UE lejn mira ta’ 30 % bħala parti minn sforz globali.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Analiżi tal-għażliet għal tranżizzjoni lil hinn mit-tnaqqis b’20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (COM(2010) 265 finali tas-26.5.2010).

SOMMARJU

Il-kriżi ekonomika b’firxa wiesgħa ħalliet impatt fuq il-miri stabbiliti mill-UE fl-2008 li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tagħha b’20 % sal-2020. Dan inaqqas il-mira bħala forza għall-immodernizzar tal-ekonomija Ewropea u sabiex din issir aktar kompetittiva. Dan għandu wkoll implikazzjonijiet għal tranżizzjoni possibbli tal-UE lejn mira ta’ 30 % bħala parti minn sforz globali.

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI

Hija tanalizza l-għażliet sabiex l-UE timxi mill-mira eżistenti tagħha ta’ 20 % għal waħda aktar ambizzjuża ta’ 30 %.

PUNTI EWLENIN

L-ispejjeż assoluti sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 20 % naqsu. Fl-2008, dawn kienu stmati għal €70 biljun fis-sena. Sal-2010, dawn naqsu għal €48 biljun.

Il-progress lejn il-mira ta’ tnaqqis ta’ 20 % għall-2020 maqbula fl-2008 mhuwiex biżżejjed sabiex tintlaħaq bl-aktar mod effiċjenti l-mira aktar fit-tul sal-2050 ta’ tnaqqis ta’ bejn 80-95 %. Dan jista’ jagħmel l-isforzi tal-UE wara l-2020 aktar diffiċli u għaljin.

Jeżistu diversi għażliet sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 30 %. Jinkludu:

il-kalibrazzjoni mill-ġdid tas-sistema ta’ kwota tal-emissjonijiet (ETS) permezz tat-tnaqqis b’mod gradwali tal-għadd ta’ kwoti rkantati

l-inkoraġġiment tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija rinnovabbli

l-użu ta’ taxxi fuq il-karbonju

l-inkorporazzjoni tal-attivitajiet tal-forestrija u l-użu tal-art sabiex jiġi żgurat tnaqqis addizzjonali fl-emissjonijiet.

L-ispiża totali ta’ tnaqqis ta’ 30 %, inklużi dawk li jmorru għal 20 %, hija stmata bħala €81 biljun jew 0.54 % tal-prodott domestiku gross tal-UE.

Mira ta’ 30 % tistimula l-innovazzjoni teknoloġika. Din tista’ żżid il-kompetittività tal-industrija Ewropea u ġġib magħha benefiċċji għas-saħħa permezz ta’ kwalità tal-arja aħjar.

Jeżistu modi differenti li jipprevjenu lill-produtturi domestiċi tal-gassijiet b’effett serra milli jċaqilqu l-attivitajiet tagħhom barra mill-UE (rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju) fejn japplikaw standards inqas rigorużi. Dawn jinkludu l-eżentar tal-industriji intensivi fl-enerġija milli jixtru kwoti tal-ETS u jinkoraġġixxu lil pajjiżi oħrajn sabiex jieħdu miżuri ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett serra.

Għal aktar tagħrif, ara l-paġna elettronika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra.

L-aħħar aġġornament: 26.03.2015

Top