Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru

Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja lis-settur tal-enerġija, speċjalment għall-introduzzjoni ta’ infrastruttura ta’ interkonnessjoni, il-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq sorsi rinnovabbli, il-qbid tal-karbonju u għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija.

ATT

Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan għandu l-għan li jistabbilixxi l-EEPR sabiex jiffinanzja proġetti f’oqsma ewlenin tas-settur tal-enerġija: infrastruttura tal-gass u l-elettriku, enerġija mir-riħ ’il barra mix-xtajta, u l-qbid u l-ħżin tal-karbonju.

PUNTI EWLENIN

  • Il-programm jiffinanzja proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u l-elettriku li għandhom l-għan li jiżguraw u jiddiversifikaw is-sorsi tal-enerġija u l-provvisti; jagħmlu l-interoperabilità (jiġifieri l-interkonnessjoni) tan-netwerks sikura u affidabbli; jiżviluppaw u jottimizzaw il-kapaċità tan-netwerk; u jqabbdu sorsi rinnovabbli mal-grilja jew man-netwerk tal-enerġija,
  • Il-proġetti tal-enerġija mir-riħ ’il barra mix-xtajta* jingħataw finanzjament meta jissodisfaw ċerti kriterji li jqisu l-kostruzzjoni tal-infrastruttura, il-fatturi innovattivi tal-proġett u l-kontribut tiegħu għall-grilja tal-enerġija mir-riħ eżistenti,
  • Il-proġetti ta' qbid u ħżin tal-karbonju* jingħataw finanzjament meta l-proġett juri li jista’ jaqbad mill-inqas 80 % tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) f’installazzjonijiet industrijali,
  • Il-programm għandu wkoll strument finanzjarju li jappoġġa l-iżvilupp ta’ proġetti relatati mal-effiċjenza fl-enerġija. Il-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika, stabbilit fl-2011, assuma r-rwol li jalloka flus lil proġetti li jappoġġaw l-effiċjenza fl-enerġija,
  • Il-baġit tal-programm jammonta għal EUR 3.98 biljun, b’madwar EUR 2.3 biljun għal proġetti tal-infrastruttura tal-gass u l-elettriku, EUR 565 miljun għal proġetti ta’ enerġija mir-riħ ’il barra mix-xtajta, biljun euro għal-qbid u l-ħżin tal-karbonju, u EUR 146 miljun għall-istrument finanzjarju.

SFOND

L-EEPR jagħmel parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru, li ġie stabbilit biex jirrimedja l-effetti tal-kriżi finanzjarja u tal-enerġija li affettwat lill-ekonomija Ewropea fl-2008.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

* Proġetti ta’ enerġija mir-riħ ’il barra mix-xtajta: impjanti tal-enerġija mir-riħ fil-baħar.

* Qbid u ħżin tal-karbonju: mod kif jiġi mmitigat it-tibdil fil-klima li jikkonsisti mill-ġbir tas-CO2 minn installazzjonijiet industrijali, it-trasport tiegħu lejn sit tal-ħażna u l-injezzjoni tiegħu f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 663/2009

1.8.2009

-

ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31-45

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1233/2010

30.12.2010

-

ĠU L 346, 30.12.2010, p. 5-10

ATTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (COM(2013) 791 final tat-18.11.2013).

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika li Jakkumpanja d-dokument Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (SWD(2013) 457 final tat-18.11.2013).

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (COM(2014) 669 final tat-28.10.2014).

l-aħħar aġġornament 13.08.2015

Top