Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ewropa 2020: l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ewropa 2020: l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni COM(2010) 2020 final) – Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv

X’INHU L-GĦAN TAL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020?

L-istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li tiżgura li l-irkupru ekonomiku tal-Unjoni Ewropea (UE) wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja jkun appoġġat minn serje ta’ riformi sabiex jinbnew pedamenti sodi għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi sal-2020. Filwaqt li tindirizza d-għufijiet strutturali tal-ekonomija tal-UE u kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali, l-istrateġija tieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-isfidi aktar fit-tul tal-globalizzazzjoni, il-pressjoni fuq ir-riżorsi u t-tixjiħ.

PUNTI EWLENIN

  • L-istrateġija Ewropa 2020 għandha tippermetti lill-UE tikseb tkabbir li jkun:
    • intelliġenti, permezz tal-iżvilupp tal-għarfien u l-innovazzjoni;
    • sostenibbli, ibbażat fuq ekonomija aktar ekoloġika, aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u aktar kompetittiva;
    • inklussiv, immirat lejn it-tisħiħ tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali u territorjali.
  • L-UE stabbiliet għaliha stess ħames miri ewlenin biex din l-ambizzjoni tinkiseb sal-2020:
    • iż-żieda fir-rata tal-impjieg tal-popolazzjoni ta’ età bejn 20 u 64 sena għal mill-inqas 75 %;
    • l-investiment ta’ 3 % tal-prodott domestiku gross fir-riċerka u l-iżvilupp;
    • it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’tal-anqas 20 %, biż-żieda tal-perċentwal ta’ enerġija li tiġġedded għal 20 % u ż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija b’20 %;
    • it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 10 % u ż-żieda fil-proporzjon ta’ lawrji terzjarji għal mill-inqas 40 %;
    • it-tnaqqis tal-għadd ta’ persuni mhedda mill-faqar jew l-esklużjoni soċjali b’20 miljun.
  • Il-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 huma appoġġati wkoll minn 7 inizjattivi ewlenin fil-livell Ewropew u fil-pajjiżi tal-UE: l-Unjoni ta' Innovazzjoni; Żgħażagħ Attivi; l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa; Ewropa effiċjenti fir-riżorsi; politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni; l-aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi; u l-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar,.
  • Fil-livell Ewropew, is-suq uniku, il-baġit tal-UE u l-politika esterna Ewropea huma opportunitajiet addizzjonali biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020.

L-implimentazzjoni tal-istrateġija taħt is-Semestru Ewropew

  • L-istrateġija Ewropa 2020 hija implimentata permezz ta’ linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-pajjiżi tal-UE u l-UE (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184) u linji gwida għall-politiki tal-impjieg tal-pajjiżi tal-UE (id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848) (ara Dokumenti relatati).
  • Il-pajjiżi tal-UE ġew mistiedna jaqilbu l-miri tal-Ewropa 2020 f’miri nazzjonali. Kull sena, f’April, huma jippubblikaw il-programmi ta’ riforma nazzjonali tagħhom fejn jistabbilixxu l-azzjonijiet meħuda biex jintlaħqu dawn il-miri nazzjonali.
  • Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-monitoraġġ tal-progress. Hija tippreżenta reviżjoni annwali tat-tkabbir, tevalwa l-aġendi ta’ riforma tal-pajjiżi tal-UE u tippreżenta rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010) 2020 finali, 3.3.2010)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2014) 130 final, 5.3.2014)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Azzjoni għall-istabbiltà, għat-tkabbir u għall-impjiegi (COM (2012) 299 final, 30.5.2012)

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-25 u tas-26 ta’ Marzu 2010

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta’ Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 192 of 18.7.2015, p. 27-31)

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta’ Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28–32)

l-aħħar aġġornament 07.02.2017

Top