Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Statistika dwar is-saħħa pubblika/is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Statistika dwar is-saħħa pubblika/is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 - statistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi regoli għal kif għandha tinġabar u tiġi ppreżentata l-istatistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol - bil-għan li tiġi pprovduta dejta komparabbli fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Dan għandu jgħin lill-UE tipproduċi politika effettiva dwar is-saħħa pubblika u tappoġġja l-istrateġiji nazzjonali f’dan il-qasam.

PUNTI EWLENIN

L-istatistika miġbura mill-pajjiżi tal-UE, mil-Liechtenstein, mill-Islanda u min-Norveġja tintbagħat lill-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, l-Eurostat.

L-istatistika li tinġabar tkopri s-suġġetti li ġejjin:

is-saħħa u l-fatturi li jaffettwawha

il-perċezzjonijiet tas-saħħa

il-funzjonament fiżiku u mentali, u d-diżabilità

ir-rati tal-morbidità*, maqsuma skont id-dijanjożi

inċidenti u korrimenti

l-istil ta’ ħajja (eżerċizzju, dieta, tipjip, alkoħol, l-użu tad-droga, eċċ.) u l-fatturi ambjentali, soċjali u okkupazzjonali

l-aċċess għal, u l-użu ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa

informazzjoni demografika u soċjoekonomika dwar individwi.

kura tas-saħħa

faċilitajiet

persunal

spiża u finanzjament.

kawżi tal-mewt

karatteristiċi tal-mejjet

reġjun

kawżi sottostanti tal-mewt.

aċċidenti fuq ix-xogħol, mard okkupazzjonali u problemi ta’ saħħa oħrajn relatati max-xogħol:

il-persuna affettwata

korriment jew mard u s-severità tiegħu

organizzazzjoni u post tax-xogħol

il-kawżi u l-fatturi involuti.

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 kien segwit minn bosta regolamenti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli u proċeduri aktar dettaljati dwar aspetti oħrajn tal-ġbir ta’ statistika dwar is-saħħa:

Ir-Regolament (UE) Nru 328/2011 - imwiet u trabi mwielda mejtin irreġistrati f’kull pajjiż tal-UE

Ir-Regolament (UE) Nru 349/2011 - il-ġbir ta’ statistika dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol

Ir-Regolament (UE) Nru 141/2013 - Stħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti

Ir-Regolament (UE) 2015/359 - l-elenkar fid-dettall ta’ statistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa.

META DAĦAL FIS-SEĦĦ DAN IR-REGOLAMENT?

Fl-20 ta' Jannar 2009.

SFOND

TERMINI EWLENIN

* Morbożità : il-prevalenza tal-mard jew ta’ marda speċifika f’żona ġeografika.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) 1338/2008

20.1.2009

-

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70-81

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3-7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 22-24)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3-8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20-48)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6-15)

l-aħħar aġġornament 29.09.2015

Top