Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Aġenda edukattiva u għall-ħiliet għaż-żgħażagħ

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Aġenda edukattiva u għall-ħiliet għaż-żgħażagħ

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (KUMM(2010) 477 finali) — Żgħażagħ mobbli — il-ħruġ tal-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din għandha l-għan li twassal pakkett komprensiv ta’ inizjattivi ta’ politika dwar l-edukazzjoni u l-impjieg għaż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (UE) Magħrufa bħala l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli, din hija parti mill-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

PUNTI EWLENIN

  • L-iskop tal-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli hija li ssaħħaħ diversi azzjonijiet eżistenti favur iż-żgħażagħ, kif ukoll li tippreżenta xi wħud ġodda. Dawn għandhom jiġu implimentati fil-livelli nazzjonali u tal-UE permezz ta’ appoġġ finanzjarju mill-programmi tal-UE rilevanti u l-Fondi Strutturali.
  • Inizjattiva ġdida minnhom (mill-2013) hija l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bl-għan li tiżgura li ż-żgħażagħ kolha taħt l-età ta’ 25 sena jirċievu offerta ta’ impjieg ta’ kwalità tajba, kontinwazzjoni tal-edukazzjoni, apprendistat jew taħriġ prattiku fi żmien 4 xhur minn meta jsiru qiegħda jew iħallu l-edukazzjoni formali.
  • Fokus ieħor tal-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli hija l-kapaċità li ċ-ċittadini Ewropej żgħażagħ jistudjaw u jitgħallmu barra pajjiżhom. Il-programm ta’ skambju Erasmus+ jgħin biex jinkiseb dan.
  • In-netwerk tal-EURES ta’ konsulenti tal-impjieg u servizzi tal-impjieg pubbliku tal-pajjiżi tal-UE għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità taċ-ċittadini Ewropej żgħażagħ li jsibu impjiegi fl-UE kollha. L-inizjattiva Europass ukoll taqdi dan l-objettiv billi toħloq dossier standardizzat ta’ ħiliet u kwalifiki biex tgħin lill-applikanti jsibu xogħol kullimkien fl-UE.
  • Il-Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti Ewropej ukoll jappoġġa l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli billi jżomm rendikont tad-domandi okkupazzjonali.
  • L-assi ta’ mikrofinanzjament u ta’ intraprenditorija soċjali tal- EaSi għandu l-għan li jgħin lill-imprendituri żgħażagħ jibdew u jespandu n-negozji.
  • Inizjattivi oħrajn, bħall-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja fl-UE, il-ħolqien ta’ Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni madwar l-UE, u t-titjib tal-approċċi transsettorjali għal kwistjonijiet taż-żgħażagħ kollha jappoġġaw l-objettivi taż-Żgħażagħ Mobbli.

SFOND

Sabiex jiġi ssodisfat l-objettiv tal-Ewropa 2020 li r-rata ta’ impjieg ġenerali ta’ persuni bejn l-20 u l-64 sena tiżdied għal 75 %, huwa essenzjali li jitnaqqas il-livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Fl-2014, kien hemm kważi 5 miljun żgħażugħ u żgħażugħa (taħt il-25 sena) li kienu qiegħda. Dan jirrappreżenta rata tal-qgħad ta’ 21.7 %, iktar mid-doppju tar-rata tal-qgħad fost l-adulti. Barra minn hekk, 7.5 % tal-Ewropej bejn l-etajiet ta’ 15 u 24 sena la kienu impjegati u lanqas fl-edukazzjoni jew it-taħriġ.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Żgħażagħ Mobbli— Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea (KUMM(2010) 477 finali, 15.9.2010)

DOKUMENTI RELATATI

Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva Żgħażagħ f’Moviment – approċċ integrat bi tweġiba għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ (ĠU C 326, 3.12.2010)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Żgħażagħ f’Moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ (ĠU C 199, 7.7.2011, pp. 1-5)

l-aħħar aġġornament 20.10.2016

Top