Help Print this page 
Title and reference
Il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Impetu ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010) 296 finali tad-9 ta’ Ġunju 2010)

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (EU) għandha l-għan li timmodernizza l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) sabiex issaħħaħ l-attraenza u r-rwol tagħhom fl-aġenda globali ta’ tkabbir u impjiegi tal-UE.

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din ipproponiet it-tnedija mill-ġdid tal-kooperazzjoni mal-UE kollha fl-ETV peress li dan jikkontribwixxi għall-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-Qafas Strateġiku għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET).

PUNTI EWLENIN

Il-komunikazzjoni tidentifika l-prijoritajiet ewlenin tal-ETV u tal-qafas strateġiku ET

Tagħlim tul il-ħajja (lifelong learning — LLL)*

L-aċċess għall-opportunitajiet ta’ taħriġ irid jiġi massimizzat hekk kif aktar persuni qed ibiddlu l-karriera.

Hija meħtieġa aktar flessibilità rigward kif jiġu akkwistati u evalwati r-riżultati tat-tagħlim u kif dawn iwasslu għall-kwalifiki.

min iħaddem, il-fornituri tat-taħriġ u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla jrid ikollhom rwol imsaħħaħ fit-titjib tal-għoti tal-VET.

Il-ħiliet akkwistati barra l-edukazzjoni u t-taħriġ formali jistgħu jiġu vvalidati permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riżultati għall-kwalifiki vokazzjonali bbażati fuq:

Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa urġenti għal mobilità transnazzjonali fl-ETV.

It-titjib tal-ETV

Il-miżuri proposti biex jittejbu l-kwalità, l-effiċjenza u l-attraenza tal-ETV jinkludu:

l-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell nazzjonali abbażi tal-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV;

rieżami tal-ħiliet ta’ min iħarreġ u tal-għalliema;

l-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin permezz ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol;

l-iżvilupp ta’ għodod sabiex il-ħiliet jitqabblu mal-impjiegi disponibbli sabiex tissaħħaħ ir-rilevanza tas-suq tax-xogħol.

L-ETV jgħinu sabiex jiġu miġġielda l-esklużjoni soċjali u jippromwovu t-tkabbir inklussiv. Persuni li qed jitgħallmu u li huma żvantaġġati jistgħu japprofittaw aktar minn tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol mhux fil-klassi li huwa rilevanti għas-suq tax-xogħol.

Il-komunikazzjoni titlob ukoll li jiġu mrawwma l-kreattività u l-intraprenditorija.

Żviluppi sussegwenti

Fl-2015, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) ħareġ rapport ta’ monitoraġġ dwar il-progress fuq l-ETV mill-2010-2014.

Dan jiddikjara li żewġ terzi mill-pajjiżi tal-UE kienu wettqu riformi tal-ETV, speċjalment fir-rigward ta’ kompetenzi ewlenin u tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, b’interazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-fornituri tal-ETV u l-partijiet interessati fl-impjieg.

Madankollu, huwa meħtieġ aktar progress f’oqsma bħal dawn li ġejjin:

il-promozzjoni tal-LLL,

il-mobilità u

il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali*.

Fl-2015, il-Ministri tal-UE abbozzaw il-Konklużjonijiet ta’ Riga. Dawn jipproponu prijoritajiet ġodda fuq terminu medju għall-ETV. Dawn jinkludu:

iktar promozzjoni tat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol,

aċċess estiż għall-ETV u

it-tisħiħ ulterjuri tal-kompetenzi ewlenin fil-kurrikuli tal-ETV.

L-importanza tal-ETV ġiet enfasizzata wkoll fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Reviżjoni tal-Edukazzjoni u r-rakkomandazzjoni dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-Kunsill tal-2013.

SFOND

Il-Komunikazzjoni hija ċentrali għall-Proċess ta’ Copenhagen 2002, li għandu l-għan li jtejjeb il-prestazzjoni, il-kwalità u l-attraenza tal-ETV fl-UE. Iktar tard fl-2010, din ġiet segwita mill-Bruges Communiqué li kienet tinkludi għadd ta’ proposti fuq terminu qasir għall-ETV.

TERMINI EWLENIN

* Tagħlim tul il-ħajja: it-tagħlim tul il-ħajja ta’ persuna biex jittejbu l-ħiliet, il-kapaċitajiet, l-għarfien u l-kwalifiki.

* Tagħlim mhux formali: tagħlim f’sitwazzjonijiet “mhux formali” (bħal fi klabbs tal-isports jew taż-żgħażagħ) f’kuntrast mat-tagħlim “formali” (skola, università, eċċ.).

l-aħħar aġġornament 14.10.2015

Top