Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Konklużjonijiet dwar il-prijoritajiet futuri għat-titjib tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV)

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET?

Indirizzati lill-Kummissjoni Ewropea u lil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), huma jippreżentaw ideat għal miżuri volontarji biex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-konklużjonijiet identifikaw erba’ oqsma ta’ prijorità li għandhom jiġu indirizzati, flimkien mal-prijoritajiet u l-linji gwida stabbiliti fil-proċess ta’ Kopenħagen.

  • 2.

    Il-promozzjoni tal-kwalità u l-attrattività ta’ sistemi tal-ETV

    • L-attrattività tal-ETV għandha tiġi promossa lill-gruppi kollha fil-mira, b’mod partikolari fost l-istudenti, l-adulti u l-intrapriżi. Fl-istess waqt l-aċċess għall-ETV u l-parteċipazzjoni fihom għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd, b’mod partikolari għal persuni jew gruppi fir-riskju tal-esklużjoni.
    • Bl-istess mod, l-informazzjoni, servizzi ta' gwida u pariri tul il-ħajja għandhom ikunu aktar aċċessibbli. Il-possibbiltajiet li jippermettu l-progress minn livell ta’ kwalifika għal ieħor ukoll għandhom isiru aktar faċli.
    • Għandhom jinħolqu għodod komuni biex jippromwovu l-kwalità tas-sistemi tal-ETV. B’mod partikolari, għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità permezz tal-EQARF futur. Il-politiki tal-ETV għandhom ikunu bbażati fuq dejta konsistenti, li l-ġbir tagħha għandu jittejjeb. Barra minn hekk, għandu jkun hemm aktar investiment fit-taħriġ ta’ min jgħallem l-ETV, it-tagħlim tal-lingwi adattat għall-ETV għandu jiġi żviluppat, l-innovazzjoni u l-kreattività fl-ETV għandhom jiġu promossi, u l-permeabilità u l-kontinwità tal-possibbiltajiet ta’ tagħlim bejn livelli differenti tal-edukazzjoni għandhom jissaħħu.
  • 3.

    L-iżvilupp tar-rabtiet bejn l-ETV u s-suq tax-xogħol

    • Biex jittejbu r-rabtiet bejn l-ETV u s-suq tax-xogħol, huwa essenzjali li nkomplu niżviluppaw mekkaniżmi li jħarsu 'l quddiem li jiffukaw fuq l-impjiegi u l-kapaċitajiet, filwaqt li jiġi rikonoxxut in-nuqqas ta’ ħiliet possibbli. Jeħtieġ li l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati ekonomiċi jkunu involuti fl-iżvilupp tal-politiki tal-ETV.
    • Is-servizzi ta’ gwida u pariri għandhom jittejbu, biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mit-taħriġ għall-impjieg.
    • Mekkaniżmi li jippromwovu t-taħriġ tal-adulti għandhom ukoll jittejbu għal aktar opportunitajiet ta’ karrieri kif ukoll għall-kompetittività kummerċjali. Għandhom isiru sforzi biex titkompla l-validazzjoni u r-rikonoxximent ta’ tagħlim informali u mhux formali miksub. Il-mobilità tal-persuni fit-taħriġ relatat max-xogħol ukoll għandha tingħata spinta, b’mod partikolari billi jissaħħu l-programmi tal-UE adattati. Fl-aħħar nett, l-irwol tal-edukazzjoni ogħla fl-ETV u b'rabta mal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għandu jissaħħaħ.
  • 4.

    Aktar kooperazzjoni Ewropea

    • L-attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari għandhom isiru aktar effettivi u r-riżultati tagħhom għandhom jintużaw biex jitfasslu politiki nazzjonali fl-ETV. Għandu wkoll jiġi żgurat li l-prijoriatjiet marbuta mal-ETV huma integrati tajjeb u viżibbli fi ħdan l-istrateġija futura għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-implimentazzjoni tagħha.
    • L-ETV għandu jkun marbut ma’ politiki li jikkonċernaw livelli edukattivi oħra, il-multilingwiżmu u ż-żgħażagħ. Barra minn hekk, il-kollaborazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali jeħtieġ li tissaħħaħ.
    • Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE huma mħeġġa jimplimentaw, fiil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-miżuri stabbiliti taħt dawn l-erba’ oqsma ta' prijorità. Huma għandhom jużaw finanzjament privat u pubbliku biex jippromwovu riformi fuq livell nazzjonali u jimplimentaw għodod tal-UE. Għandhom ikomplu jtejbu l-ambitu u l-kwalità tal-istatistika u l-punti ta’ riferiment. Barra minn hekk, għandhom ikomplu jiżviluppaw attivitajiet rigward il-ħiliet futuri meħtieġa.
    • Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u jikkollaboraw fuq l-ETV ma’ pajjiżi mhux tal-UE. Cedefop (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) huma involuti mill-qrib biex jappoġġaw lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet relatati mal-ETV.

SFOND

Fl-2010, il-Kummissjoni pproponiet impetu ġdid għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li jikkontribwixxi kemm għall-istrateġija Ewropa 2020 globali tagħha kif ukoll għall-Qafas Strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, magħruf bħala ET 2020, u b’hekk tmexxi ’l quddiem ħafna mill-ideat fil-konklużonijiet tal-2009.

Rapport konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li nħareġ f’Diċembru 2015, jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-perijodu 2016-2020.

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

It-tagħlim informali: tagħlim li mhuwiex ibbażat fuq il-kurrikulu u ma jirriżultax fi kwalifiki. L-għalliem ikun xi ħadd b’aktar esperjenza mill-individwu li qed jiġi mgħallem eż. Ġenitur li qed jgħallem l-alfabet lil tifel jew tifla.

It-tagħlim mhux formali: tagħlim organizzat (eż. immexxi minn għalliem jew persuna b’aktar esperjenza mill-individwu li qed jiġi mgħallem) li jista’ jew ma jistax ikun ibbażat fuq kurrikulu. Dan jibni fuq il-ħiliet individwali tal-istudenti iżda ma jwassalx għal kwalifika formali, eż. Il-moviment tal-iskawts.

DOKUMENT EWLIENI

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet futuri għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) (ĠU C 18, 24.1.2009, p. 6-10)

DOKUMENTI RELATATI

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2-10)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Impetu ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010) 296 final, 9.6.2010)

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25-35)

l-aħħar aġġornament 21.11.2016

Top