EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Skejjel — Aġenda tal-UE biex jittejbu l-kompetenzi u t-tagħlim għas-seklu 21

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2008) 425 final) — Titjib tal-kompetenzi għas-Sekluo21: Aġenda dwar Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iskejjel

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Din għandha l-għan li tgħin fir-riforma tas-sistemi tal-iskola biex kull żgħażugħ jew żgħażugħa tkun tista’ tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha.
  • Hija tidentifika fejn hija meħtieġa l-bidla jekk l-iskejjel fl-Unjoni Ewropea (UE) jridu jgħammru liż-żgħażagħ bis-sħiħ għall-futur.

PUNTI EWLENIN

Il-komunikazzjoni tagħmel użu mir-risposti għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea tal-2007, mix-xogħol minn esperti mill-pajjiżi tal-UE, u r-riċerka internazzjonali, sabiex tipproponi aġenda għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-iskejjel. Hija tidentifika sfidi fi tliet oqsma u tissuġġerixxi oqsma għall-iżvilupp:

  • 1.

    Kompetenzi ewlenin

Il-persuni jeħtieġ li jiġu mgħammra b’ “kapaċitajiet ġodda għal impjiegi ġodda”, u b’hekk jiżdiedu l-livelli tal-ħiliet b’mod globali. Dawn jeħtieġ li jmexxu t-tagħlim tagħhom stess

  • billi jaħdmu kemm b’mod awtonomu u kollaborattiv,
  • ifittxu informazzjoni u appoġġ fejn meħtieġ, u
  • jużaw l-opportunitajiet kollha ta’ teknoloġiji ġodda.

Ambjent skolastiku fejn jiġu promossi l-innovazzjoni u l-kreattività jsaħħaħ l-akkwist ta’ kompetenzi bħall-intraprenditorija u l-lingwi. L-aġenda tal-Kummissjoni tiffoka fuq:

  • l-iżvilupp tal-ħiliet bażiċi tal-qari, u fil-għadd, inkluż l-istipular tal-miri;
  • it-tisħiħ trasversali kif ukoll kompetenzi bbażati fuq is-suġġett;
  • l-adozzjoni ta’ approċċ komprensiv għall-kompetenzi, li jinkludi
    • kurrikuli,
    • materjali ta’ tagħlim,
    • taħriġ għall-għalliema,
    • tagħlim personalizzat u
    • tekniki ta’ evalwazzjoni.
  • 2.

    Tagħlim ta’kwalità għolja għal kull student

L-ebda sistema skolastika ma tipprovdi eżattament l-istess opportunitajiet edukattivi għall-istudenti kollha iżda m’għandux ikun hemm differenza fil-kwalità bejn l-iskejjel. Dawk li jfasslu l-politika għandhom inaqqsu d-disparitajiet u jtejbu l-parteċipazzjoni billi jimmiraw lejn dawk b’livelli ta’ ħiliet aktar baxxi. L-aġenda tal-Kummissjoni tiffoka fuq:

  • aċċess aħjar għal edukazzjoni li tingħata qabel tibda l-iskola ta’ kwalità għolja;
  • il-kejl u t-titjib tal-impatt ta’ ekwità tas-sistemi tal-edukazzjoni tal-iskola, u t-tnaqqis tad-differenzi fil-kwalità bejn l-iskejjel;
  • l-iżgurar li s-sistemi tal-iskola jiffaċilitaw tranżizzjonijiet ta’ suċċess bejn livelli u tipi ta’ skola differenti;
  • it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola; u
  • l-għoti ta’ appoġġ aħjar u tagħlim personalizzat fi ħdan l-iskejjel ewlenin għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali.
  • 3.

    L-għalliema u l-persunal tal-iskola

Il-kwalità tal-għalliema hija l-aktar fattur importanti fi ħdan skola, li jaffettwa l-prestazzjoni tal-istudenti. Il-persunal jeħtieġ il-ħiliet biex jagħti lil kull student opportunitajiet adegwati biex jikseb il-kompetenzi neċessarji. L-għalliema għandu jkollhom biżżejjed inċentivi fil-karrieri tagħhom biex jirrevedu l-ħtiġijiet ta’ tagħlim tagħhom u jakkwistaw għarfien, ħiliet u kompetenzi ġodda, inkluż fil-lingwi. L-aġenda tal-Kummissjoni tiffoka fuq li:

  • tiżgura li l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema, l-iżvilupp tal-bidu u dak professjonali kontinwu huma kkoordinati, koerenti, għandhom riżorsi adegwati u assigurazzjoni ta’ kwalità; u li ttejjeb il-provvista, il-kwalità u l-użu tal-edukazzjoni tal-għalliem fuq ix-xogħol;
  • tirrevedi r-reklutaġġ tal-għalliema biex tattira l-aktar kandidati kapaċi, tagħżel l-aqwa applikanti, u tpoġġi għalliema tajbin fi skejjel li jippreżentaw sfida; u
  • ittejjeb ir-reklutaġġ ta’ kapijiet tal-iskola u tgħammarhom biex jiffokaw fuq it-titjib tat-tagħlim tal-istudent u l-iżvilupp tal-persunal tal-iskola

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Titjib tal-kompetenzi għas-Sekluo21: Aġenda dwar Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iskejjel (COM(2008) 425 final, 3.7.2008)

DOKUMENTI RELATATI

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-ħiliet bażiċi fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel għas-seklu 21 (ĠU C 323, 30.11.2010, pp. 11-14)

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-21 ta’ Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu 21: aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel (ĠU C 319, 13.12.2008, pp. 20-22)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar (COM(2012) 669 final, 20.11.2012)

l-aħħar aġġornament 08.11.2016

Top