Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Kummerċ ġust — skemi ta’ assigurazzjoni ta’ sostenibilità relatati mal-kummerċ

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Kummerċ ġust — skemi ta’ assigurazzjoni ta’ sostenibilità relatati mal-kummerċ

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2009) 215 final) — ir-rwol tal-kummerċ Fair Trade u l-iskemi mhux governattivi ta’ assigurazzjoni ta’ sostenibilità relatati mal-kummerċ

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Din tiddeskrivi l-iżviluppi mill-komunikazzjoni dwar il-fair trade* ippubblikata fl-1999 mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Hija tissuġġerixxi miżuri li l-awtoritajiet pubbliċi, is-sostenituri tal-fair trade u oħrajn jistgħu jieħdu biex jippromwovu l-kunċett.

PUNTI EWLENIN

Sa mill-1999, ġiet introdotta marka ta’ ċertifikazzjoni ta’ kummerċ Fair Trade unika u vverifikata indipendentement. Din tissostitwixxi t-tikketti nazzjonali u żiedet l-għarfien fost il-konsumaturi.

  • Il-kriterji tal-fair trade jinkludu:
    • prezz ġust għall-produttur;
    • parti mill-ħlasijiet bil-quddiem jekk il-produtturi jitolbu li dan isir;
    • relazzjonijiet li jifirxu fit-tul u stabbli;
    • trasparenza u traċċabilità tul il-katina kollha tal-forniment;
    • prattiki ta’ produzzjoni li jikkonformaw mal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;
    • rispett għall-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem — speċjalment dawk tan-nisa u t-tfal — u metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali;
    • sostenn għall-produtturi biex jiżviluppaw il-produzzjoni agrikola potenzjali tagħhom stess u l-aċċess għas-swieq tal-esportazzjoni;
    • miżuri biex jitqajjem l-għarfien dwar il-fair trade u l-għanijiet tiegħu;
    • valutazzjoni tal-impatt tal-kunċett.

Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li:

  • skemi privati biex jippromwovu l-kummerċ ġust u sostenibbli għandhom
    • jibqgħu mingħajr interferenza mill-gvern;
    • jesploraw sinerġiji u fehim possibbli bejniethom;
    • jevalwaw l-impatt tal-inizjattivi tagħhom b’mod oġġettiv;
  • l-offerenti tal-akkwist pubbliku għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni t-tikketta tal-Fairtrade meta jitolbu għal prodotti u servizzi sostenibbli;
  • l-UE għandha tidentifika modi kif il-baġit tal-UE jista’ jintuża biex jippromwovi l-fair trade.

Fl-2010, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni li tenfasizza l-benefiċċji tripli ta’ kummerċ aktar miftuħ għat-tkabbir ekonomiku, l-għażla għall-konsumatur u l-ħolqien tal-impjiegi.

Fl-2012, il-Kummissjoni ressqet komunikazzjoni ġdida biex ittejjeb is-sinerġija bejn il-kummerċ u l-politiki ta’ żvilupp. Hija spjegat li din il-kombinazzjoni tista’ tagħti spinta lill-impjiegi u t-tkabbir fl-UE u toħloq kundizzjonijiet aħjar għall-kummerċ u l-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

* TERMINI EWLENIN

Kummerċ fair trade: relazzjoni ta’ kummerċ, ibbażata fuq id-djalogu, it-trasparenza u r-rispett, li jfittex ekwità akbar fil-kummerċ internazzjonali. Huwa jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli billi joffri kundizzjonijiet kummerċjali aħjar lil, u jiżgura d-drittijiet ta’, produtturi u ħaddiema emarġinalizzati, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-organizzazzjonijiet Fair Trade, sostnuti mill-konsumaturi, huma involuti b’mod attiv fl-appoġġ tal-produtturi, biex iqajmu kuxjenza u jippromwovu bidliet fir-regoli u l-prassi tal-kummerċ internazzjonali konvenzjonali.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali — Kontribut għall-Iżvilupp Sostenibbli: ir-rwol tal-kummerċ Fair Trade u l-iskemi mhux governattivi ta’ assigurazzjoni ta’ sostenibilità relatati mal-kummerċ (COM(2009) 215 final, 5.5.2009)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-“fair trade” (COM(99) 619 final, 29.11.1999)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni— Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija: Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020(KUMM(2010) 612 finali, 9.11.2010)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Il-kummerċ, it-tkabbir u l-iżvilupp — It-tfassil tal-politika tal-kummerċ u tal-investiment għal dawk il-pajjiżi l-iktar fil-bżonn (COM(2012) 22 final, 27.1.2012)

l-aħħar aġġornament 07.12.2016

Top