Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-Unjoni Ewropea u d-Drittijiet tat-Tfal

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

L-Unjoni Ewropea u d-Drittijiet tat-Tfal

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal — COM(2011) 60 finali

SOMMARJU

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?

Tippreżenta aġenda biex issaħħaħ u tipproteġi d-drittijiet tat-tfal kif stipulat fil-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvezjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC). Il-politiki kollha tal-UE li għandhom impatt fuq it-tfal għandhom jirrispettaw id-drittijiet tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Id-drittijiet tat-tfal għandhom ikunu parti integrali mit-tfassil tal-politika tal-UE. Dan ifisser li “kontroll tad-drittijiet fundamentali” jagħmel parti minn kull abbozz ta’ leġiżlazzjoni.

Is-sistemi tal-ġustizzja differenti tal-UE għandhom isiru aktar favur it-tfal. Dan japplika għal:

disputi fl-ambitu tal-liġi tal-familja,

reġistrazzjoni ta’ dokumenti,

kustodja,

proċeduri kriminali u tal-ħabs,

l-istat ċivili. u

t-trattament tat-tfal bħala xhieda vulnerabbli.

It-tfal l-aktar vulnerabbli jeħtieġu protezzjoni kemm jekk huma:

b’diżabilità,

f’riskju ta’ faqar,

vittmi ta’ sfruttament sesswali jew ta’ traffikar,

qed ifittxu asil. jew

waħedhom.

Għandu jingħata parir lill-professjonisti esperjenzati u mħarrġa sew, li jistgħu jgħinu lit-tfal jimmaniġġjaw it-trawma li jkunu esperjenzaw, biex jifhmu d-drittijiet u l-bżonnijiet tal-gruppi ta’ etajiet differenti.

Għandha tkun disponibbli attenzjoni speċjali għat-tfal Roma fl-UE peress li huma partikolarment vulnerabbli u esposti.

L-UE tħaddem il-hotline (Nru: 116 000) għat-tfal neqsin.

L-UE hija impenjata ssaħħaħ id-drittijiet tat-tfal madwar id-dinja biex ikunu protetti minn theddid bħal vjolenza, xogħol mit-tfal, kunflitti armati u t-turiżmu għas-sess.

L-UE tiżgura:

li t-tfal huma konxji tad-drittijiet tagħhom,

jistgħu jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom,

jiġu kkonsultati u mogħtija widen, u

jirċievu informazzjoni dwar il-politiki tal-UE li jistgħu jaffettwawhom.

SFOND

Il-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal huwa rikonoxxut fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Artikolu 3(3) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Artikolu 24).

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (KUMM(2011) 60 finali tal-15.2.2011)

l-aħħar aġġornament 25.01.2016

Top