Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-Qorti Kriminali Internazzjonali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-Qorti Kriminali Internazzjonali

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2011/168/PESK dwar l-appoġġ tal-UE lill-Qorti Kriminali Internazzjonali

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

  • Din għandha l-għan li tavvanza appoġġ universali għall-Istatut ta’ Ruma, li huwa t-trattat li jirregola l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), filwaqt li tippreserva l-integrità, l-indipendenza u l-funzjonament bla xkiel tiegħu.
  • Hija tqiegħed ukoll lill-UE f’pożizzjoni sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni mal-QKI kif ukoll l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ komplementarjetà*.

PUNTI EWLENIN

L-avvanz tal-appoġġ universali

  • L-UE u t-28 pajjiż tagħha għandhom javvanzaw appoġġ universali għall-Istatut ta’ Ruma permezz ta’ negozjati u djalogi politiċi ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew organizzazzjonijiet reġjonali; u/jew permezz tal-adozzjoni ta’ inizjattivi li jippromwovu l-valuri, il-prinċipji u r-regoli tal-Istatut.
  • L-UE u l-pajjiżi tagħha jridu jikkooperaw ma’ pajjiżi mhux tal-UE, istituzzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex javvanzaw l-appoġġ universali.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istatut ma’ pajjiżi mhux tal-UE. Barra minn hekk, l-UE u l-pajjiżi tagħha jistgħu jikkontribwixxu b’assistenza teknika jew finanzjarja lill-imsemmija pajjiżi mhux tal-UE.

Il-garanzija tal-indipendenza tal-QKI

Sabiex jagħmlu dan, l-UE u l-pajjiżi tagħha:

L-appoġġ għall-funzjonament effettiv

  • L-UE u l-pajjiżi tagħha jistgħu jidħlu fi ftehimiet speċifiċi jew ftehimiet biex jappoġġaw il-funzjonament effiċjenti tal-QKI.
  • Il-kooperazzjoni sħiħa mal-QKI hija prerekwiżit għall-funzjonament effettiv tagħha. L-UE u l-pajjiżi tagħha jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw il-kooperazzjoni sħiħa tal-pajjiżi mhux tal-UE u l-QKI, inkluża l-eżekuzzjoni fil-pront tal-mandati ta’ arrest.
  • Ir-rispons tal-UE għan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-QKI minn pajjiżi mhux tal-UE jiffoka fuq kif l-UE u l-pajjiżi tagħha għandhom jindirizzaw in-nuqqas ta’ kooperazzjoni.

Pjan ta’ Azzjoni

Il-Pjan ta’ Azzjoni sabiex isir segwitu ta’ din id-deċiżjoni jiffoka, fost affarijiet oħra, fuq il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-UE sabiex jiġu implimentati l-għanijiet tad-deċiżjoni, u fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ komplementarjetà.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Hija daħlet fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2011.

SFOND

Il-QKI hija organizzazzjoni internazzjonali indipendenti bbażata fl-Aja, l-Olanda. Il-kompitu tagħha huwa li tisma’ lil min iwettaq ġenoċidju*, reati kontra l-umanità* u delitti tal-gwerra*. Hija rregolata mill-Istatut ta’ Ruma, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2002 u ġie ratifikat mill-pajjiżi tal-UE kollha.

TERMINI EWLENIN

* Komplementarjetà , f’dan il-kuntest, hija l-prinċipju li bih il-QKI hija maħsuba bħala qorti tal-aħħar rimedju, jiġifieri li għandha tinvestiga u tibda l-prosekuzzjoni biss meta l-qrati nazzjonali jkunu fallew.

* Ġenoċidju: atti mwettqa bil-ħsieb li jinqered, kompletament jew parzjalment, grupp nazzjonali, etniku, razzjali jew reliġjuż.

* Reati kontra l-umanità : atti mwettqa bħala parti minn attakk mifrux u sistematiku dirett kontra popolazzjonijiet ċivili.

* Delitti tal-gwerra: atti mwettqa bi ksur tal-liġi tal-gwerra (eż. il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra). Eżempji jinkludu t-trattament ħażin ta’ priġunieri tal-gwerra, il-qtil ta’ ostaġġi, jew il-qerda intenzjonata ta’ bliet, irħula jew villaġġi.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56-58)

l-aħħar aġġornament 16.02.2016

Top