Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Tariffi tal-importazzjoni preferenzjali tal-UE għal pajjiżi li qed jiżviluppaw

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Tariffi tal-importazzjoni preferenzjali tal-UE għal pajjiżi li qed jiżviluppaw

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

X'INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Fl-2012, l-Unjoni Ewropea (UE) laħqet ftehim dwar regoli ġodda sabiex din l-iskema, li ilha fis-seħħ mill-1971, terġa’ tiġi ffukata mill-ġdid. Dawn jagħmlu s-sistema aktar trasparenti u prevedibbli għall-pajjiżi benefiċjarji, speċjalment fid-dawl tax-xejriet kummerċjali globali li nbidlu matul dawn l-aħħar għaxar snin. L-iskema issa hija mmirata lejn dawk il-pajjiżi li huma l-aktar fil-bżonn.
  • Dan ir-regolament ma jinkludix pajjiżi li diġà jgawdu minn preferenzi taħt ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles mal-UE, jew taħt arranġamenti “awtonomi” mal-blokk (normalment temporanji, sakemm jiġu konklużi ftehimiet aktar komprensivi u aktar fit-tul mal-UE).

PUNTI EWLENIN

L-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (SĠP) tal-UE tippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw iħallsu tariffi aktar baxxi fuq l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE. Dan jgħin sabiex tingħata spinta lill-ekonomiji tagħhom.

Tliet fergħat tal-iskema

  • SĠP standard – it-tariffi għal prodotti importati minn pajjiż li qed jiżviluppa jitnaqqsu jew jiġu sospiżi. Eċċezzjoni – dan ma japplikax jekk pajjiż ikun ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi immedjatament qabel l-UE taġġorna l-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji.
  • SĠĦ+ (skema ta' inċentiva) – tariffi saħansitra aktar baxxi għal pajjiżi li jirratifikaw u jimplimentaw 27 ftehim internazzjonali speċifikat li jkopru d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, l-ambjent u l-governanza tajba.
  • KħA (Kollox Ħlief Armi), għall-pajjiżi l-anqas żviluppati – importazzjonijiet b’tariffa sħiħa u ħielsa mill-kwoti għall-prodotti kollha mill-pajjiżi l-anqas żviluppati definiti min-NU (LDCs), ħlief għall-armi.

Is-sospensjoni tal-pajjiżi

L-UE tista’ tissospendi b’mod temporanju t-tariffi aktar baxxi għal raġunijiet bħal:

  • ksur tal-prinċipji ewlenin fil-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol
  • prattiki kummerċjali mhux ġusti
  • nuqqasijiet serji ta’ kontrolli doganali (eż. l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta’ drogi illegali)
  • jekk id-dritt nazzjonali ta’ pajjiż benefiċjarju SĠP+ ma jibqax jinkorpora l-konvenzjonijiet rilevanti (jew dak id-dritt ma jiġix implimentat b’mod effettiv).

Waqfien hekk kif il-pajjiżi jiżviluppaw

  • Xi pajjiżi jistgħu jkunu foqra iżda xorta jiżviluppaw industriji ta’ esportazzjoni kompetittivi ħafna. Ladarba dan iseħħ, huma ma jeħtiġux aktar preferenzi sabiex jippenetraw is-swieq tal-UE b’suċċess.
  • B’hekk, l-iskema SĠP tirtira l-preferenzi mill-pajjiżi li għandhom tali setturi ta’ prodotti kompetittivi fuq il-bażi ta’ mekkaniżmu ta’ “gradwazzjoni”.

Aktar stabbli u prevedibbli

  • Is-SĠĦ l-ġdida, minħabba li ddum 10 snin (fil-passat kienu tlieta), toffri lill-importaturi u l-esportaturi aktar stabbiltà u prevedibbiltà.
  • L-esportaturi jafu li meta jsiru bidliet fil-lista tal-benefiċjarji, hemm perijodi ta’ tranżizzjoni ta’ mill-inqas sena. Il-pajjiżi issa jistgħu jħossuhom sikuri billi jkunu jafu li huma jistgħu jitneħħew mil-listi tal-benefiċjarji biss jekk in-NU telenkahom bħala bi dħul għoli jew medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi.

Restrizzjonijiet temporanji fuq l-importazzjoni

L-UE tista’ tapplika miżuri ta' salvagwardja (restrizzjonijiet temporanji) jekk l-importazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw “diffikultà serja” lil produttur tal-UE. Tista' tapplika wkoll miżuri ta’ sorveljanza għal prodotti agrikoli. L-ebda waħda minn dawn il-miżuri ma ttieħdet fl-istorja tal-iskema.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mill-20 ta’ Novembru 2012.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1-82)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 978/2012 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

DOKUMENTI RELATATI

Regoli speċifiċi

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 155/2013 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi regoli marbuta mal-proċedura għall-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u l-governanza tajba skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 48, 21.2.2013, p. 5–7)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2013 tat-28 ta' Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli marbuta mal-proċedura għall-irtirar temporanju ta’ preferenzi tariffarji u mal-adozzjoni ta’ miżuri ġenerali ta’ salvagwardja skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 16–21)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1978 tat-28 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 elenkati fl-Anness VI ta' dak ir-Regolament (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 1–2)

Kopertura tal-pajjiżi

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 143, 30.5.2013, p. 11–19)

Regolament (UE) Nru 607/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 13–14)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 i jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 355, 31.12.2013, p. 1–15)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Annessi II u II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2013 (ĠU L 283, 27.9.2014, p. 20–22)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji (ĠU L 283, 27.9.2014, p. 23–24)

Lista ta' pajjiiżi eliġibbli għal SĠP+ arranġament speċjali

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2014 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 1–2)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1386/2014 tad-19 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 33–34)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/602 tad-9 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam il-limitu ta' vulnerabbiltà ddefinit fil-punt 1(b) tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament (ĠU L 100, 17.4.2015, p. 8–9)

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/79 tal-25 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 17, 26.1.2016, p. 1–2)

Kopertura tal-SĠP skont il-prodott

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/330 tat-8 ta' Marzu 2016 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta' ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu 2017–2019 (ĠU L 62, 9.3.2016, p. 9–11)

l-aħħar aġġornament 13.03.2017

Top