Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1007/2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa jistipula regoli armonizzati għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mill-foki

PUNTI EWLENIN

  • Prodotti mill-foki jistgħu biss jitqiegħdu fis-suq fl-UE jekk jirriżultaw mill-kaċċa mwettqa mill-komunitajiet Inuit* u minn komunitajiet indiġeni oħra. Il-kaċċa għandha:
    • titwettaq b’mod tradizzjonali mill-komunità ;
    • tikkontribwixxi għall-għajxien tal-komunità biex tipprovdi ikel u dħul u mhux primarjament imwettqa għal raġunijiet kummerċjali;
    • tittratta l-annimali b’mod xieraq, filwaqt li tikkunsidra l-istil tal-ħajja tal-komunità u l-iskop tal-għajxien tal-kaċċa.
  • Meta jitqiegħed fuq is-suq, il-prodott mill-foki għandu jkollu ċertifikat li jikkonferma li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
  • Iċ-ċertifikati jinħarġu minn entitatjiet awtorizzati mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Il-vjaġġaturi u l-familji tagħhom jistgħu jimportaw prodotti mill-foki li huma għall-użu personali tagħhom. Jekk tali prodotti jkunu se jiġu importati f’data aktar ’il quddiem, il-vjaġġaturi għandu jkollhom id-dokumenti relevanti.
  • Jekk il-Kummissjoni jkollha evidenza li l-prodotti ġejjin minn kaċċa għall-foki mwettqa primarjament għal raġuniijiet kummerċjali, tista’ tipprojbixxi jew tillimita, it-tqegħid tagħhom fis-suq tal-UE.
  • Il-Kummissjoni tinforma lill-pubbliku, lill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jitqiegħdu l-prodotti mill-foki fis-suq fl-UE.
  • Sal-31 ta' Diċembru 2018, imbagħad kull erba’ snin, pajjiżi mill-UE jirrappurtaw lill Kummissjoni dwar il-miżuri li ħadu biex din il-legiżlazzjoni tiġi implimentata.
  • Fi żmien sena li tirċievi r-rapporti nazzjonali, il-Kummissjoni tipprovdi rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport jiġi sottomess sal-31 ta' Diċembru 2019.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-20 ta' Novembru 2009.

SFOND

Il-foki huma kkaċċjati fl-UE u barra minnha għal diversi skopijiet. Huma jintużaw biex jinkiseb laħam, żejt, xaħam, organi u ġlud tal-fer, u prodotti li jvarjaw sew, bħall-kapsuli ta’ Omega-3 u ħwejjeġ.

TERMINU EWLIENI

* Inuit: il-membri indiġeni tat-territorju Inuit – speċifikament dawk l-inħawi Artiċi u sub-Artiċi fejn, attwalment jew tradizzjonalment, l-Inuit għandhom drittijiet u interessi aboriġini, rikonoxxuti mill-Inuit bħala membri tal-poplu tagħhom. It-terminu jinkludi l-Inupiat, il-Yupik (Alaska), l-Inuit, l-Inuvialuit (Kanada), il-Kalaallit (Greenland) u l-Yupik (Russja)

ATT

Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36–39)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata sservi biss bħala referenza.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1850 tat-13 ta' Ottubru 2015 li tipprovdi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 271, 16.10.2015, p. 1–11)

l-aħħar aġġornament 31.03.2016

Top