Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Kożmetiċi iktar sikuri għaċ-ċittadini Ewropej

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Kożmetiċi iktar sikuri għaċ-ċittadini Ewropej

Regolament (KE) Nru 1223-2009 dwar il-prodotti kożmetiċi

ATT

Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jagħmel il-prodotti kożmetiċi li jinbiegħu fl-UE aktar sikuri billi jistipula rekwiżiti aktar stretti dwar is-sikurezza

Huwa jissimplifika l-proċeduri għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet regolatorji fis-settur

Jaġġorna r-regoli biex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi l-aktar reċenti, inkluż l-użu possibbli ta' nanomaterjali.

Iżomm il-projbizzjoni eżistenti fuq l-ittestjar tal-annimali

PUNTI EWLENIN

Rekwiżiti addizzjonali għall-manifatturi meta jiġi kkompilat ir-rapport tas-sikurezza li jeħtieġu sabiex iqiegħdu prodott fis-suq.

Kunċett ġdid ta' “persuna responsabbli”għal kull prodott:

il-manifatturi ma jistgħu jikkummerċjalizzaw l-ebda prodott fl-UE sakemm jaħtru persuna jew kumpanija identifikata b'mod ċar fi ħdan l-UE biex tassumi dan ir-rwol,

din il-persuna jew kumpanija trid tiżgura li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti kollha dwar is-sikurezza stipulati taħt il-leġiżlazzjoni.

Il-burokrazija għall-manifatturi titnaqqas peress li jridu jirreġistraw il-prodotti tagħhom darba biss mal-Portal għan-Notifika tal-Prodotti Kożmetiċi tal-UE.

Rekwiżit ġdid biex jiġu rrapportati effetti serji mhux mixtieqa:

il-persuni responsabbli u d-distributuri huma meħtieġa jirrappurtaw dawn l-effetti lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom,

l-awtoritajiet nazzjonali mbagħad iridu jikkondividu din l-informazzjoni flimkien ma' kull informazzjoni li jirċievu minn sorsi oħrajn (utenti, professjonisti tas-saħħa) - mal-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi tal-UE oħrajn.

Il-pakkett irid jinkludi firxa ta' informazzjoni, inkluż l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli, il-kontenut, il-prekawzjonijiet għall-użu u l-lista ta' ingredjenti.

Regoli ġodda għall-użu ta' nanomaterjali.

Listi ta' sustanzi li huma pprojbiti jew ristretti għall-użu fil-kożmetiċi.

Id-distributuri jridu jivverifikaw li r-rekwiżiti dwar it-tikkettar, inkluża d-data sa meta prodott għandu jintuża, u dwar il-lingwa huma korretti.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-11 ta' Lulju 2013

SFOND

Kożmetiċi - regoli tal-UE dwar is-sikurezza

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 1223/2009

11.7.2013; 1.12.2010 (Artikoli 15, paragrafi 1 u 2, Artikoli 14, 16, 31 u 32) 11.1.2013 (Artikolu 16, paragrafu 3, it-tieni taqsima)

-

ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59-209

Emendi suċċesivi u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kosmetika (COM (2013)135 final tal-11.3.2013)

l-aħħar aġġornament 19.06.2015

Top