Help Print this page 
Title and reference
L-iżgurar tas-sikurezza tal-ġugarelli fl-Unjoni Ewropea

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-iżgurar tas-sikurezza tal-ġugarelli fl-Unjoni Ewropea

Il-ġugarelli kollha manifatturati jew importati fl-Unjoni Ewropea (UE) huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ sikurezza stretti qabel ma jkunu jistgħu jitpoġġew fis-suq. Dawn ir-rekwiżiti jiġu aġġornati b’mod okkażjonali sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-progress tekniku u l-għarfien xjentifiku.

ATT

Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli.

SOMMARJU

Il-ġugarelli kollha manifatturati jew importati fl-Unjoni Ewropea (UE) huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ sikurezza stretti qabel ma jkunu jistgħu jitpoġġew fis-suq. Dawn ir-rekwiżiti jiġu aġġornati b’mod okkażjonali sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-progress tekniku u l-għarfien xjentifiku.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Id-direttiva tal-2009 tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-ġugarelli disponibbli fl-UE. Hija tidentifika r-responsabbiltajiet partikolari tal-operaturi differenti fil-katina tal-provvista mill-manifattur sal-bejjiegħ bl-imnut. Ir-rekwiżiti huma mfasslin biex jipprovdu livell għoli ta’ saħħa u sikurezza, jipproteġu l-pubbliku u l-ambjent u jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-ġugarelli fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-ġugarelli huma prodotti ddisinjati jew intiżi, esklussivament jew le, sabiex jintużaw fil-logħob minn tfal ta’ taħt l-14-il sena.

Minħabba li għandhom għarfien iddettaljat dwar il-prodott tagħhom, il-manifatturi għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-ġugarelli tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza kollha applikabbli.

L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss ġugarelli minn barra l-UE li jkunu konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza kollha applikabbli.

Id-distributuri u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom jaġixxu b’attenzjoni xierqa fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli.

L-awtoritajiet nazzjonali jwettqu sorveljanza tas-suq.

Il-ġugarelli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali huma intitolati għal dikjarazzjoni tal-konformità “KE”, għandu jkollhom it-tikketta CE u jistgħu jinbiegħu madwar l-UE kollha.

Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għall-ġugarelli li ġejjin: tagħmir tal-plejgrawnd għal użu pubbliku, magni tal-logħob awtomatiċi intiżi għal użu pubbliku, vetturi tal-logħob b’magni bil-kombustjoni, magni tal-logħob li jaħdmu bil-fwar, bragi u żbandoli.

Id-direttiva tiġi aġġornata minn żmien għal żmien, ġeneralment sabiex jiġu stabbiliti limiti sikuri għas-sustanzi kimiċi (bħal kadmju, barju jew bisfenol A) użati fil-ġugarelli.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/48/KE

20.7.2011Għajr għall-Parti III tal-Anness II (rekwiżiti tas-sikurezza kimika): 20.7.2013

20.1.2011

ĠU L 170 tat-30.6.2009, p. 1-37

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2012/7/UE

20.7.2013

20.1.2013

ĠU L 64 tat-3.3.2012, p. 7-8

Ir-Regolament (UE) Nru 681/2013

20.7.2013

-

ĠU L 195 tat-18.7.2013, p. 16-17

Direttiva 2014/79/UE

21.12.2015

21.12.2015

ĠU L 182 tal-21.6.2014, p. 49-51

Direttiva 2014/81/UE

21.12.2015

21.12.2015

ĠU L 183 tal-24.6.2014, p. 49-51

Direttiva 2014/84/UE

1.7.2015

1.7.2015

ĠU L 192 tal-1.7.2014, p. 49-51

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396 tat-30.12.2006, p. 1-849).

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353 tal-31.12.2008, p. 1-1355).

L-aħħar aġġornament: 02.01.2015

Top