Help Print this page 
Title and reference
Ftehimiet ta' kreditu għall-konsumaturi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ftehimiet ta' kreditu għall-konsumaturi

L-iżvilupp tas-suq tal-krediti fi ħdan l-Unjoni Ewropea għandu jkun akkumpanjat mid-drittijiet rinforzati tal-konsumaturi L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali għandha tippermetti wkoll il-promozzjoni ta' krediti transkonfinali

ATT

Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE

SOMMARJU

L-iżvilupp tas-suq tal-krediti fi ħdan l-Unjoni Ewropea għandu jkun akkumpanjat mid-drittijiet rinforzati tal-konsumaturi L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali għandha tippermetti wkoll il-promozzjoni ta' krediti transkonfinali

X'INHU L-GĦAN TA' DIN ID-DIRETTIVA?

Id-direttiva tarmonizza d-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi ta' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fuq kwistjonijiet ta' kreditu mogħtija lil konsumaturi li jisselfu sabiex jiffinanzjaw xirjiet ta' oġġetti u servizzi (btajjel, oġġetti, karozza ġdida, eċċ.) Tiftaħ is-suq tas-self tal-konsumaturi Ewropew, filwaqt li ttejjeb it-trasparenza tat-termini kuntrattwali u l-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

Madankollu, din id-direttiva mhijiex applikabbli għall-ftehimiet ta' kreditu:

iggarantiti b'garanzija li huma rregolati mid-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali;

iffirmati sabiex tiġi akkwistata art jew proprjetà, b'dawn ikunu regolati mid-Direttiva 2014/17/UE;

li minnhom, l-ammont totali jkun inqas minn EUR 200 jew aktar minn EUR 75,000. Sa mhux aktar tard mill-21 ta' Marzu 2016 (data sa meta għandha tiġi trasposta d-Direttiva 2014/17/UE), id-Direttiva għandha tiġi applikata għal ftehimiet ta' kreditu mhux garantiti intenzjonati sabiex jippermettu li ssir ir-rinnovazzjoni ta' proprjetà immobbli residenzjali, għal ammont ikbar minn EUR 75,000.

ASPETTI PRINĊIPALI

Meta r-reklamar għal kreditu jkun fih aspetti relatati mal-ispiża ta' dan il-kreditu (pereżempju, ir-rata ta' mgħax), ir-reklamar għandu jipprovdi informazzjoni standard abbażi ta' rappreżentant pereżempju, li jkun fiha, fost oħrajn:

ir-rata ta' mgħax u d-dettalji tal-kost;

l-ammont ta' kreditu;

ir-rata perċentwali annwali (APR) li tirrappreżenta, fil-forma ta' perċentwal, l-ispejjeż mandatorji kollha sabiex jinkiseb il-kreditu (rata ta' imgħax tas-self, dritt amministrattiv, primjums tal-assigurazzjoni obbligatorji, drittijiet tal-garanzija).

Matul il-fażi pre-kuntrattwali, min isellef għandu jipprovdi informazzjoni li tinftiehem fuq il-karatteristiċi essenzjali tal-kreditu offrut f'ħin raġonevoli. Dan jinkludi, fost oħrajn:

id-durata tal-ftehim tal-kreditu;

l-ammont tal-kreditu totali;

ir-rata ta' self u t-termini applikabbli għal din ir-rata;

ir-rata perċentwali annwali u l-ammont totali dovut mill-konsumatur;

l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-pagamenti;

drittijiet relatati ma' jew li jirriżultaw mill-ftehim;

konsegwenzi ta' ħlas tard u ta' nuqqas ta' prestazzjoni.

Il-konsumaturi għandhom jirċievu informazzjoni f'format standardizzat.

Il-ftehim ta' kreditu għandu jkun fih ukoll informazzjoni simili f'format simili.

Selliefa għandhom:

jipprovdu spjegazzjoniijet adegwati lill-konsumaturi sabiex jiżguraw li dawn tal-aħħar jistgħu jagħżlu ftehim li jikkorrespondi għall-ħtiġijiet tagħhom u għas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom;

jivvalutaw is-solvenza tal-klijenti tagħhom qabel jiffirmaw ftehim, filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-konsumaturi li jiġu infurmati meta l-applikazzjoni ta' kreditu tagħhom tiġi rifjutata wara li jikkonsultaw database ta' kreditu.

Il-konsumaturi:

għandhom 14-il ġurnata li fihom huma jistgħu jirtiraw mill-ftehim, mingħajr ma jkollhom għalfejn jagħtu raġuni;

għandhom id-dritt li jagħmlu pagament bikri tal-kreditu tagħhom meta jridu, diment li l-kreditur jirċievi kumpens ġust u ġġustifikat b'mod objettiv

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-direttiva daħlet fis-seħħ fil-11 ta' Ġunju 2008 u għandha tiġi trasposta sa mhux aktar tard mill-11 ta' Ġunju 2010.

Informazzjoni addizzjonali hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea, fuq il-paġna ddedikata lid-drittijiet tal-konsumaturi.

Ara wkoll informazzjoni addizzjonali dwar id-direttiva dwar il-krediti għall-konsumaturi kif ukoll mistoqsijiet oħrajn relatati mad-direttiva u l-implimentazzjoni tagħha.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2008/48/KE

11.6.2008

11.6.2010

ĠU L 133 tat-22.5.2008, pp. 66-92

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2014/17/UE

20.3.2014

21.3.2016

ĠU L 60 tat-28.2.2014, pp. 34-85

L-aħħar aġġornament: 05.01.2015

Top