Help Print this page 
Title and reference
Għajnuna de minimis għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Għajnuna de minimis għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

Dan ir-Regolament jikkumplimenta r-regola dwar l-għajnuna Statali ġenerali de minimis u jipprovdi għal limitu ogħla għal impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

ATT

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta' April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

SOMMARJU

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi liema miżuri jikkostitwixxu għajnuna Statali. L-Artikolu 108(3) tat-TFUE jeħtieġ, bħala prinċipju ġenerali, li l-għajnuna statali tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkun tista' tivvaluta jekk l-għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq intern. L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tadotta f'regolament, regola de minimis skont liema, ammonti żgħar ta' għajnuna huma meqjusin bħala li mhumiex għajnuna Statali minħabba li ma għandhom ebda effett fuq il-kompetizzjoni u/jew il-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-UE; għaldaqstant, ma għandhomx jiġu nnotifikati wkoll skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

Dan ir-regolament jikkumplimenta r-Regolament de minimis ġenerali (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1998/2006) u japplika għall-għajnuna mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Għajnuna bħal din ma jeħtieġx li tiġi nnotifikata jekk l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lil impriża li tipprovdi servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali ma taqbiżx Eur 500 000 fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali u l-kundizzjonijiet fuq il-kumulazzjoni jiġu rrispettati. B'kuntrast għal dan, l-ogħla limitu stabbilit fir-Regolament ġenerali de minimis huwa biss EUR 200 000.

Monitoraġġ

Jekk pajjiż tal-UE għandu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-impriża kkonċernata bil-miktub dwar:

  • l-ammont tal-għajnuna proposta;
  • is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali li għalih tingħata l-għajnuna;
  • il-karattru de minimis tal-għajnuna.

Qabel l-għoti tal-għajnuna, il-pajjiż tal-UE għandu jikseb dikjarazzjoni mill-impriża inkwistjoni, bil-miktub jew b'forma elettronika, dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra rċevuta skont dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn matul is-sentejn fiskali preċedenti u s-sena fiskali attwali. Il-pajjiż tal-UE għandu jiċċekkja li s-somma l-ġdida ma żżidx l-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija lill-impriża ogħla mil-limitu ta' EUR 500 000.

Inkella, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu reġistru ċentrali għall-għajnuna de minimis kollha mogħtija fit-territorju tagħhom.

Referenzi

Att

Dħul fis-seħħ - Data ta' għeluq

Data ta' għeluq għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 360/2012

29.4.2012 - 31.12.2018

ĠU L 114, 26.4.2012

L-aħħar aġġornament: 14.01.2013

Top