Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċina għall-bnedmin

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċina għall-bnedmin

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjoni 2002/77/KE dwar l-użu ta’ antimikrobiċi fil-mediċina

X’INHU L-GĦAN TAR-RAKKOMANDAZZJONI?

Titlob lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji speċifiċi għall-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali*, bħal pereżempju l-antibijotiċi, fil-mediċina għall-bnedmin, għall-preżervazzjoni tal-effettività tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR), din ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi miżuri speċifiċi biex:

  • issaħħaħ is-sorveljanza tar-resistenza għall-AMR u l-użu ta’ antimikrobjali (eż. tiġbor data dwar il-preskrizzjoni u l-użu ta’ antibijotiċi fl-isptarijiet);
  • tiżviluppa miżuri ta’ kontroll u ta’ prevenzjoni dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali billi tistabbilixxi regoli dwar l-użu tal-antibijotiċi u billi timplimenta miżuri ta’ kontroll fuq l-iġjene u l-infezzjoni fl-istituzzjonijiet (sptarijiet, djar tal-kura, eċċ.);
  • Tippromwovi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ dentisti, spiżjara, infermiera u oħrajn fil-professjoni medika dwar il-problema tal-AMR, u tnaqqas il-bżonn tal-antibijotiċi;
  • Tgħarraf lill-pubbliku dwar l-importanza tal-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali billi tqajjem għarfien dwar il-problema tal-AMR u tħeġġeġ aspettativi realistiċi tal-pubbliku għall-preskrizzjoni ta’ antibijotiċi;
  • tippromwovi inizjattivi ta’ riċerka relatati mal-kontroll tal-AMR, b’enfasi fuq il-mekkaniżmi tal-feġġa u t-tixrid ta’ AMR bejn l-bnedmin.

Regoli dwar il-prodotti

Ir-rakkomandazzjoni tinkludi linji gwida dwar l-użu ta’ prodotti antimikrobjali. Għandhom jiġu implimentati sistemi ta’ kontroll għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti antimikrobjali biex jiżguraw li l-prodotti jkunu jaqblu mal-prinċipji ta’ mmaniġġjar tajjeb tal-mard li jittieħed.

Miżuri ta’ segwitu

Rapporti

Il-pajjiżi tal-UE ppreżentaw rapporti dwar l-implimentazzjoni regolari tal-miżuri tal-istrateġija li huma ħadu. Skont l-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni ppubblikat rapporti kull 5 snin.

  • Fl-2005, l-ewwel rapport ħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex:
    • jindirizzaw il-problema ta’ awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi, b’mod partikolari billi jedukaw lill-pubbliku ġenerali dwar ir-riskji involuti;
    • iħejju linji gwida li jirrakkomandaw trattament bl-antibijotiku adegwat.
  • Fl-2010, it-tieni rapport fost affarijiet oħrajn, talab għal mekkaniżmu intersettorali adegwat f’kull pajjiż tal-UE għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji previsti fir-rakkomandazzjoni.
  • Fl-2015, it-tielet rapport talab lill-pajjiżi tal-UE biex:
    • jinfurzaw miżuri ta’ kontroll u preventivi;
    • jieħdu miżuri biex iżidu l-impenn ta’ min ifassal il-politika biex jindirizza l-kwistjoni tal-AMR; u
    • iħeġġu r-riċerki f’żoni prinċipali biex jingħelbu d-diskrepanzi attwali fil-kontroll tal-AMR.

Pjanijiet ta’ azzjoni

Fl-2011, wara r-rapporti tal-2005 u tal-2010 u wara l-adozzjoni mill-Kunsill fl-2009 ta’ rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza tal-pazjenti, il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni ta’ ħames snin, biex jitratta t-theddid tal-AMR.

It-tieni pjan ta’ azzjoni ser jiġi introdott fl-2017. Ser jiffoka fuq:

  • is-sostenn għall-pajjiżi tal-UE, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti, implimentati u kkontrollati l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom;
  • il-ġbir flimkien ta’ fondi u strumenti tal-UE għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka kontra l-AMR; u
  • it-tisħiħ tar-rwol prinċipali tagħha fil-fora globali, speċjalment fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ msieħba kbar tan-negozju.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Aġenti antimikrobjali: kwalunkwe wieħed mill-komposti kimiċi u aġenti fiżiċi użati biex jeqirdu mikroorganiżmi infettivi jew biex jiġi evitat l-iżvilupp tagħhom (eż. il-peniċillina antibijotika, antisettiċi jew ġermiċidi)

DOKUMENT EWLIENI

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2002/77/KE tal-15 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem (ĠU L 34, 5.2.2002, pp. 13–16)

DOKUMENTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill fuq il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2007/77/KE) dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċina umana (COM(2005) 684 finali, 22.12.2005)

It-tieni rapport mill-Kummissjoni għall-Kunsill skont ir-rapporti tal-pajjiżi tal-UE dwar l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2002/77/KE) dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fl-mediċina umana (COM(2010) 141 finali, 9.4.2010)

L-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċina umana: it-tielet rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2016)

l-aħħar aġġornament 01.03.2017

Top