Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Strateġija tal-UE dwar l-alkoħol

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Strateġija tal-UE dwar l-alkoħol

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara rrelatata ma’ l-alkoħol — COM(2006) 625 final

SOMMARJU

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?

Tistabbilixxi strateġija biex tappoġġa pajjiżi tal-UE fit-tnaqqis ta’ problemi ta’ saħħa, ekonomiċi u soċjali relatati ma’ konsum tal-akoħol ta' ħsara u perikoluż.

L-istrateġija tistipula termini ta’ prijorità, tidentifika l-livelli differenti ta’ azzjoni u telenka l-miżuri meħudin mill-pajjiżi tal-UE biex tħeġġeġ prattiki tajbin. Hi tistieden ukoll lill-partijiet interessati l-oħra biex jieħdu l-miżuri biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol. L-azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea kkumplimentat strateġiji nazzjonali f’dan il-qasam.

PUNTI EWLENIN

Ħames prijoritajiet

  • 1.

    Protezzjoni taż-żgħażagħ, tat-tfalu tat-tarbija li għadha fil-ġuf - din tinkludi 3 għanijiet speċifiċi:

    • trażżin tax-xorb taħt l-età, u tnaqqis ta’ xorb perikoluż u ta’ ħsara fost iż-żgħażagħ,
    • tnaqqis tal-ħsara mġarrba minn tfal f’familji bi problemi relatati mal-alkoħol,
    • tnaqqis ta’ esponiment għall-alkoħol waqt it-tqala.
  • 2.

    Tnaqqis ta’ mwiet u korrimenti fit-toroq relatati mal-alkoħol

  • 3.
    Tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol fost iż-żgħażagħ u l-impatt negattiv tagħha fuq il-post tax-xogħol - l-għanijiet speċifiċi huma li:
    • jitnaqqas il-mard fiżiku u mentali kroniku relatat mal-alkoħol,
    • jitnaqqas in-numru ta’ mwiet relatati mal-alkoħol,
    • tkun provduta informazzjoni lill-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati,
    • jingħata kontribut għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol fuq il-post tax-xogħol.
  • 4.

    Tinforma, teduka u tqajjem kuxjenza - issir enfasi partikolari fuq l-impatt tal-konsum tal-alkoħol ta’ ħsara u perikoluż fuq:

    • it-tarbija fil-ġuf,
    • dawk li jixorbu taħt l-età,
    • il-prestazzjoni tax-xogħol u tas-sewqan.
  • 5.

    L-iżvilupp, l-appoġġ u ż-żamma ta’ bażi ta’ evidenza komuni- ġbir ta’ informazzjoni komparabbli dwar numru ta’ kwistjonijiet li jinkludu:

    • il-livelli tal-konsum,
    • tendenza ta' kif jiġi kkunsmat ix-xorb,
    • effetti soċjali u tas-saħħa tal-alkoħol.

Appoġġ lill-pajjiżi tal-UE

L-irwol tal-UE f’din l-istrateġija huwa li tikkumplimenta l-isforzi tal-pajjiżi tal-UE, iżżid valur għall-azzjonijiet tagħhom u li tippermetti lill-pajjiżi tal-UE biex jaħdmu flimkien u jindirizzaw kwistjonijiet komuni.

Azzjoni konġunta dwar it-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol (RARHA, reducing alcohol-related harm) ta' tliet snin, iffinanzjata taħt il-Programm dwar is-saħħa tal-UE, li bdiet f’Jannar 2014. Hi timmira li tappoġġa l-progress tal-pajjiżi tal-UE lejn prijoritajiet komuni f’konformità mal-istrateġija tal-UE dwar l-alkoħol, u li tgħinhom jindirizzaw u jnaqqsu l-ħsara relatata mal-alkoħol.

L-implimentazzjoni tal-Istrateġija

SFOND

Politika dwar l-alkoħol

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara rrelatata mal-alkoħol (COM(2006) 625 final tal-24.10.2006)

l-aħħar aġġornament 13.01.2016

Top