Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 851/2004: li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

  • Jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard (ECDC).
  • Jistabbilixxi l-missjoni tal-ECDC li hija li:
    • jidentifika,
    • jevalwa u
    • jikkomunika kemm theddid attwali kif ukoll li jista' jinqala' għas-saħħa tal-bniedem mill-mard li jittieħed.
  • Jistabbilixxi l-istruttura taċ-ċentru, tal-korpi tagħha u l-arranġamenti tax-xogħol tagħha.

PUNTI EWLENIN

Missjoni

Il-missjoni tal-ECDC għandha tkun li tidentifika, tevalwa u tikkomunika t-theddid attwali u li jista' jinqala' għas-saħħa tal-bniedem minn mard li jittieħed.

Biex jilħaq dawn l-għanijiet:

  • ifittex, jiġbor, jevalwa, u jqassam data xjentifika u teknika relevanti;
  • jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi indipendenti u assistenza xjentifika u teknika, inkluż taħriġ;
  • jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-pajjiżi tal-UE, lill-aġenziji tal-UE (bħall-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini) u organizzazzjionijiet internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa pubblika (eż. l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa);
  • jikkoordina n-netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-mandat tiegħu u jimmaniġġja n-netwerks ta' sorveljanza dedikata;
  • jaqsam l-informazzjoni, il-kompetenzi u l-aħjar prattiki u jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet konġunti.

Kompiti

Il-kompiti ewlenin tal-ECDC huma:

Struttura

L-ECDC huwa magħmul minn:

  • Bord ta' tmexxija kompost minn:
    • Membru wieħed għal kull wieħed mit-28 pajjiż tal-UE, kif ukoll għall-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,
    • 2 membri maħturin mill-Parlament Ewropew u
    • 3 membri li jirrappreżentaw u li huma maħturin mill-Kummissjoni.

Il-bord jiżgura li l-ECDC jaqdi l-missjoni u l-kompiti tiegħu billi jadotta l-programm tax-xogħol u r-regoli finanzjarji tiegħu.

  • Direttur, megħjun minn persunal ta' ġewwa żgħir. Id-direttur huwa responsabbli għall-amministrazzjoni ta' kuljum tal-ECDC billi jfassal u jimplimenta l-programm tax-xogħol tiegħu;
  • Forum ta' konsulenza kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan iservi bħala mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni dwar theddid għas-saħħa u l-ġbir ta' għarfien.

Programmi ta' mard

Ix-xogħol speċifiku fuq il-mard tal-ECDC huwa organizzat f'7 programmi orizzontali:

Programm tal-Mikrobijoloġija dwar is-Saħħa Pubblika

Minbarra l-programmi speċifiċi fuq il-mard, l-ECDC għandu Programm tal-Mikrobijoloġija dwar is-Saħħa Pubblika. Dan għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċità ta' laboratorji ta' esperti u ta' referenza fl-Ewropa u jrawwem kollaborazzjoni bejniethom.

Komunikazzjoni

Permezz taċ-Ċentru tal-Midja fuq is-sit elettroniku tiegħu, l-ECDC jiżgura li l-pubbliku malajr jingħata informazzjoni oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment fir-rigward tal-attivitajiet tiegħu u r-riżultati ta' xogħolu.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Daħal fis-seħħ fl-20 ta' Mejju 2004.

SFOND

Mard li jittieħed jista' jkun ta' theddida serja għas-saħħa tan-nies għaliex dawn jistgħu jinfirxu madwar il-globu fi żmien qasir ħafna. L-UE ħolqot l-ECDC biex ikun jista' jirreaġixxi b'mod effettiv u fil-pront f'każ ta' epidemiji (bħas-sindrome respiratorja akuta gravi (SARS).

L-ECDC ilu jaħdem minn Mejju 2005 u huwa bbażat fi Stokkolma (l-Isvezja).

ATT

Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1–11)

l-aħħar aġġornament 11.01.2016

Top