Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Programm ta’ tagħlim reċiproku

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Programm ta’ tagħlim reċiproku

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

L-Artikolu 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — azzjonijiet biex jiġi promoss l-impjieg

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IL-PROGRAMM?

Il-programm ta’ tagħlim reċiproku (PTR) iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE sabiex jiskambjaw l-esperjenzi u l-prattika tajba tagħhom fil-qasam tal-impjieg.

Dan għandu l-għan li jtejjeb u jiżviluppa l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-kooperazzjoni sseħħ fl-oqsma ewlenin tal-Istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi (EES), li hija parti integrali mill-istrateġija Ewropa 2020.

PUNTI EWLENIN

Il-programm jikkontribwixxi għall-objettivi tal-istrateġija 2020 tal-UE fuq kwistjonijiet ta’ impjieg u inklużjoni soċjali. Dawn huma li:

  • 75 % tal-persuni bejn l-etajiet ta’ 20 u 64 sena għandhom ikunu impjegati;
  • ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola għandha tkun inqas minn 10 %;
  • 40 % taż-żgħażagħ għandu jkollhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla;
  • l-għadd ta’ persuni affettwati mill-faqar għandu jitnaqqas b’20 miljun.

Barra minn hekk, il-PTR hija għodda tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, imfassla biex tgħin fl-allinjament tal-politiki nazzjonali dwar l-impjieg.

Azzjoni

Il-programm jinkludi diversi tipi ta’ azzjoni bħal:

  • Avvenimenti tematiċiseminars u workshops dwar kwistjonijiet speċifiċi tal-politika dwar l-impjieg, li matulhom dawk li jfasslu l-politika, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) u msieħba interessati oħrajn jistgħu jipparteċipaw f'dibattiti dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020.
  • Skambji ta’ tagħlim — laqgħat fi gruppi żgħar ta’ rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE sabiex jiskambjaw l-esperjenzi dwar kwistjonijiet ta’ politika speċifiċi.
  • Laqgħat ta’ evalwazzjoni bejn il-pari — ta’ rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE u esperti indipendenti dwar kwistjonijiet relatati ma’ politiki speċifiċi, imfassla biex jippermettu l-iskambji tal-prattiki tajba.
  • Seminars ta’ disseminazzjoniseminars li jsiru fit-tmiem ta’ kull sena sabiex jiġu ppreżentati r-riżultati tal-MLP. Il-parteċipanti ewlenin jinkludu:
    • l-istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet oħrajn tal-politika internazzjonali;
    • rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE
    • l-awtoritajiet lokali u reġjonali;
    • l-imsieħba soċjali;
    • NGOs; u
    • istituzzjonijiet akkademiċi.
  • Il-Bażi tad-data dwar il-prattiki fis-swieq tax-xogħol — tinkludi eżempji ta’ politiki u miżuri effettivi. Hija disponibbli gwida għall-bażi tad-data.

Parteċipanti

Il-programm huwa miftuħ għall-pajjiżi tal-UE, għall-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

SFOND

Programm ta’ Tagħlim Reċiproku

ATT

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni Konsolidata), It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni ta’ l-Unjoni, Titolu IX — L-impjieg — Artikolu 149 (ex Artikolu 129 TKE) (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 113)

l-aħħar aġġornament 30.05.2016

Top